Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Verona

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Verona huma:

GOWLERS: Szczesny, Pinsoglio, Buffon

DIFENSURI: De Ligt, Alex Sandro, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta, Capellini

PLEJERS TA’ NOFS IL-GRAWND: Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski, Peeters

ATTAKKANTI: Ronaldo, Rafia, Marques, Aké

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Frar 2021.

Juventus-Napoli x’aktarx fis-17 ta’ Marzu

Kollox jindika li Juventus-Napoli se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu 2021. Id-deċiżjoni għadha mhix waħda uffiċjali, imma diversi siti qed jirrapurtaw li dakinhar fis-6.45 ta’ filgħaxija se tintlagħab il-partita l-partita li kienet tħassret fl-4 ta’ Ottubru li għadda.

Matthew Scerri

Telf finanzjarju kbir għal Juventus

Juventus FC illum ippubblikat dettalji ta’ rendikont finanzjarju għall-ewwel parti tal-istaġun. Kif kien mistenni kien hemm telf kbir għal Juventus li kien jammonta għal 113.7 miljun Ewro. Hu stmat li l-klabb Juventin fl-ewwel parti tal-istaġun tilef 50 miljun Ewro minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Id-dejn totali tal-klabb issa jammonta għal 357.8 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-24 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Spezia-Parma: Orsato

Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Bologna-Lazio: Giacomelli

Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

H.Verona-Juventus: Maresca

Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Sampdoria-Atalanta: Marinelli

Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Cagliari: Fabbri

Inter-Genoa: Chiffi

Udinese-Fiorentina: Volpi

Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Benevento: Abisso

Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Roma-Milan: Guida

L-Erbgħa 17 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Torino-Sassuolo

Matthew Scerri

Morata probabbli jitlef Verona-Juventus

Alvato Morata x’aktarx mhux se jkun jista’ jilgħab nhar is-Sibt kontra Verona. Skont Sky il-problemi b’rabta mal-virus li kiddu fl-aħħar jiem għadhom mhux solvuti. Morata ma jħossux tajjeb u għalhekk x’aktarx se jkollu jibqa’ mistrieħ dat-tmiem il-ġimgħa.

Matthew Scerri

Torino-Sassuolo mhux se tintlagħab minħabba ammont ta’ każijiet ta’ Covid-19

Torino-Sassuolo mhux se tintlagħab għada minħabba ammont sostanzjali ta’ każijiet Covid-19 fi ħdan it-tim ta’ Torino. Id-deċiżjoni ttieħdet mil-Lega wara stqarrija maħruġa mill-ASL-Torino1. Torino-Sassuolo se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu fit-3.00 ta’ waranofsinhar.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Frar 2021.

Dybala mar Barcellona biex jarah il-Professur Cugat

Illum Paulo Dybala kien fil-belt ta’ Barcellona għal żjara medika min-naħa tal-Professur Ramon Cugat. L-uġigħ għadu persistenti wara iktar minn erbgħin jum u allura Dybala, akkumpanjat minn membri tal-istaff mediku Juventin, mar Barcellona sabiex il-Professur Cugat ikun jista’ jinviżtah u jfassal pjan li jista’ jwassal biex Dybala jirritorna għall-azzjoni malajr kemm jista’ jkun.

Matthew Scerri