Douglas Costa: “Nixtieq nirritorna ma’ Juventus”

“Għandi kuntratt ma’ Juventus u nixtieq nirritorna. L-Italja hu pajjiż li jogħġobni u f’Turin kont integrajt sew. Għad għandi f’qalbi lis-supporters.” Hekk tkellem Douglas Costa fuq iċ-channel Twitch ta’ Pierluigi Pardo.

Matthew Scerri

Morata ma ttrenjax illum!

Alvaro Morata llum ma ttrenjax minħabba li għad għandu problemi ta’ saħħa b’rabta ma’ virus li ilu jkiddu ftit tal-jiem. Hu ngħata l-mistrieħ bit-tama li jfieq għal kollox u jkun jista’ jerġa’ jilgħab fl-attakk Juventin flimkien ma’ Ronaldo.

Matthew Scerri

X’se jiġri issa li hemm neqsin Cuadrado u Danilo?

Se jkun interessanti ħafna li naraw b’liema soluzzjoni se joħroġ Pirlo hekk kif għall-partita kontra Verona mhux se jkollu la lil Cuadrado u wisq inqas lil Danilo. M’hemmx iktar plejers li jistgħu jilagħbu f’dik il-pożizzjoni għajr Ragusin. Xi siti mhux jeskludu li Pirlo jista’ jagħżel li jibdel is-sistema ta’ logħob għal 3-5-2, b’Demiral, De Ligt u Alex Sandro fuq wara. Jidhru inqas realistiċi l-ideat li Alex Sandro jista’ jilgħab fuq il-lemin jew li McKennie jintuża bħala full-back mal-linja l-leminija.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Frar 2021.

Juventus interessati f’Neuhaus

Diversi klabbs importanti qed isegwu mill-qrib lil Florian Neuhaus ta’ Borussia Moenchengladbach. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd hu wieħed minn dawk li l-aktar impressjona dis-sena u qed jattira fuqu l-interess ta’ klabbs kbar. Fost dawn, il-Liverpool Echo jsemmi anki lil Juventus. Apparti l-Bianconeri jriduh anki Liverpool, Borussia Dortmund u Bayern Munich.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Crotone

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Crotone. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 39% tal-voti, segwit minn Chiesa b’38% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Danilo b’8% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Juventus-Crotone bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Crotone. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Frar 2021.