Il-plejers mgħajta għal Juventus-Spal
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita tal-Coppa Italia kontra Spal huma:

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita tal-Coppa Italia kontra Spal huma:
Juventus (3-5-2): Buffon; Dragusin, Demiral, de Ligt; Bernardeschi, Rabot, Fagioli, Ramsey, Frabotta; Kulusevski, Morata.
Spal (3-5-2): Berisha; Spaltro, Vicari, Ranieri; Dickmann, Murgia, Mora, Sernicola; Brignola, Seck; Floccari.
Sors: Calciomercato.com
Inter rebħu lbieraħ id-Derby kontroversjali tal-Coppa Italia u għaddew għas-SemiFinali fejn se jiltaqgħu kontra r-rebbieħ tal-konfront tal-lejla bejn Juventus u Spal. Fl-ewwel partita tas-SemiFinali, Inter se jkollhom sospiżi lil Lukaku u Hakimi.
Interessanti li jekk Juventus jegħlbu lil Spal se jkollhom ħames partiti tqal f’temp ta’ erbatax-il ġurnata:
3 ta’ Frar: Inter-Juve
6 ta’ Frar: Juventus-Roma
10 ta’ Frar: Juventus-Inter
13 ta’ Frar: Napoli-Juventus
17 ta’ Frar: Porto-Juventus.
Matthew Scerri
Illejla kontra Spal Pirlo se jkun qed iserraħ diversi plejers. Bejn il-lasti se jkun hemm Buffon li għada jagħlaq 43 sena. Fid-difiża se naraw lil Demiral, De Ligt u Dragusin. Ir-raba’ wieħed tad-difiża, dak li se jilgħab mal-linja xellugija se jkun Frabotta jew Bernardeschi. F’nofs il-grawnd x’aktarx ikollna d-debutt ta’ Di Pardo, flimkien ma’ McKennie, Ramsey u Rabiot. Quddiem il-koppja Morata-Kulusevski.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Jannar 2021.
Dejan Kulusevski se jkun qed jitlef il-partita kontra Sampdoria wara li ġie sospiż għal partita waħda mill-Imħallef tal-Isport. Hu kien fil-lista tad-‘diffidati’ u se l-karta safra li qala’ kontra Bologna awtomatikament issarrfet f’sospensjoni.
Matthew Scerri
Alex Sandro wkoll fieq mill-Covid-19. Hu ttestja darbtejn negattiv għall-iswab tests li sarulu u skont il-protokoll tal-FIG jista’ jirritorna għall-azzjoni immedjatament. B’hekk fiequ t-tliet iplejers li kellhom il-Covid fl-aħħar ġimgħat. L-aħbar tal-fejqan ta’ Alex Sandro waslet proprju fil-jum li fih jagħlaq sninu.
Matthew Scerri
Ġiet ippubblikat id-“Deloitte Football Money League”, ir-rapport ta’ analiżi finanzjarja tal-klabbs tal-futbol. Il-klabb li kellu l-akbar dħul fl-2019/20 kien dak ta’ Barcellona: 715 miljun Ewro. Juventus jinsabu fl-10 post tal-klassifika tad-dħul tal-klabbs b’somma ta’ 397.9 miljun Ewro. B’mod ġenerali l-klabbs kollha kellhom tnaqqis drastiku fid-dħul tagħhom, prinċipalment minħabba li naqsu t-tv rights u fl-istess ħin kellhom jgħaddu għal bosta xhur mingħajr gate money tal-grawnd. Deloitte stmat li t-telf mid-dħul għall-aqwa għoxrin klabb tal-Ewropa kien jammonta għal 1.1 biljun Ewro. Hu stmat li jekk wieħed jikkalkula anki dawn ix-xhur li ninsabu fihom, it-telf għall-klabbs se jaqbeż iż-żewġ biljun Ewro. Dan kollu f’xenarju tassew inċert fejn ħadd m’għandu idea meta l-affarijiet se jmorru lura għan-normal.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Jannar 2021.