Sassuolo jridu 25 miljun għal Scamacca

Allegatament Sassuolo qed jitolbu 25 miljun Ewro għal Gianluca Scamacca. Nafu fiċ-ċert li Sassuolo mhux se jisilfuh u minflok jippreferu bejgħ. Juventus, mill-banda l-oħra, ma jridux joħorġu flus għalissa. Probabbli li l-klabbs jippruvaw isibu ftehim bejniethom fuq bażi ta’ self għal sena u nofs, bil-Bianconeri jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal somma ta’ bejn 20 u 25 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Chiesa u McKennie għadhom dubjużi

Illum Chiesa u McKennie ttrenjaw għal xi ħin mal-bqija ta’ sħabhom. Dan hu sinjal li qed jirkupraw mill-injuries imma għadhom mhumiex 100% f’sikkithom. Għada nkunu nafu jekk verament humiex se jkunu jistgħu jilagħbu kontra Inter. Fil-fatt jekk jittrenjaw is-sessjoni ta’ kollha ma’ sħabhom, ikun hemm ċans kbir li narawhom mill-ewwel minuta kontra t-tim ta’ Conte.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Genoa

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Genoa. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 28% tal-voti, segwit minn Rafia b’21% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Morata b’15% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Inter-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Meta nqallbu fil-kotba tal-passat insibu li s’issa kien hemm 236 konfront uffiċjali bejn Inter u Juventus. Minn dawn Juventus rebħu 108 partita, kien hemm 58 draw u 70 rebħa għal Inter. Fis-Serie A l-konfronti bejn it-timijiet jammontaw għal 174. Interessanti li Juventus rebħu kważi d-doppju tal-partiti ta’ Inter (84 rebħa għal Juventus u 46 rebħiet tan-Nerazzurri!). Fis-Serie A kien hemm komplessivament anki 44 draw bejn Juventus u Inter. Meta nħarsu lejn il-konfronti tas-Serie A f’San Siro, insibu 24 rebħa Juventina f’87 partita. Il-bqija tal-partiti marru hekk: 28 draw u 35 rebħa għal Inter.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Jannar 2021.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Jannar)

Fil-15 ta’ Jannar 1997 Juventus marru Pariġi biex jilagħbu l-ewwel leg tas-Super Cup Ewropea. Il-Bianconeri, Champions tal-Ewropa, urew il-qawwa tagħhom b’rebħa kbira ta’ 1-6.

Juventus se jżommu lil Frabotta

Diversi klabbs tas-Serie A urew interess li jiksbu lil Gianluca Frabotta. Il-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Frabotta hi ċara: hu se jibqa’ ma’ Juventus. Fil-ġimgħat li ġejjin Paratici se jibda taħdidiet mal-aġent tal-plejer biex joffrilu kuntratt ġdid għall-full-back Taljan.

Matthew Scerri

Filmat: Juventus-Genoa (il-partita sħiħa)

https://www.youtube.com/watch?v=E-5VZ3TdQYw&t=4s

Ir-referees tal-partiti tat-18-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Lazio-Roma: Orsato

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Bologna-Verona: Mariani

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Torino-Spezia: Fabbri

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Sampdoria-Udinese: Sacchi

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Napoli-Fiorentina: Chiffi

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Sassuolo-Parma: Pezzuto

Crotone-Benevento: Sozza

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Atalanta-Genoa: Marinelli

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Juventus: Doveri

It-Tnejn 18 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Milan: Abisso

Matthew Scerri