Ronaldo magħżul bħala l-Aqwa Plejer tas-Seklu

Cristiano Ronaldo ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer tas-Seklu waqt il-Globe Soccer Awards. Il-premju, tajjeb niċċaraw, kien għall-Aqwa Plejer fil-perjodu 2000-2020. Ronaldo kien ivvutat min-nies anki bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena 2020, biss il-ġurija ta’ esperti ta’ Globe Soccer li għandha piż ta’ 60% fl-għażla tar-rebbieħa, ippreferiet lil Lewandowski (li allura rebaħ il-premju għal dis-sena).

Matthew Scerri

Napoli ma kellhomx dritt iressqu rikors quddiem il-Collegio di Garanzia!

Tribuna.com żvelaw b’mod esklussiv li skont l-Istatut tal-FIGC ebda klabb ma jista’ jirrikorri għall-Collegio di Garanzia tal-CONI f’każ ta’ telfiet walkover. L-artiklu 30, par. 3 tal-Istatut tal-FIGC jispjega dan kollu ċar u tond. Barra minn hekk ġie nnutat li l-avukat ta’ Napoli, Lubrano jaħdem mal-CONI u hu kollega ta’ min qata’ s-sentenza dil-ġimgħa. Insomma, kif dejjem għidna, din hi farsa mhux ġustizzja!

Matthew Scerri

Il-prezz ta’ De Paul

Juventus u Inter huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi ta’ Rodrigo De Paul f’Jannar. Skont Il Corriere dello Sport Udinese qed jitolbu 40 miljun Ewro għalih. Nifhmu li l-ebda klabb bħalissa ma jaffordja jonfoq somma daqstant kbira bħalissa u allura hu probabbli li jkunu qed jinnegozjaw ftehim għal ħlas ta’ dis-somma fuq numru ta’ snin.

Matthew Scerri

Aouar u Depay mhux se jitilqu lil O.Lyon

Id-Direttur tal-Isport ta’ O.Lyon, Juninho ddikjara pubblikament li Aouar u Depay mhux se jitilqu lit-tim Franċiż. Hu semma’ xi plejers li jistgħu jitilqu (Aouar u Depay ma kinux ma’ dawn) u sostna li l-plejers l-aktar importanti tat-tim se jibqgħu sabiex it-tim ma jiddgħajjifx.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Diċembru 2020.

Anniversarju: 27 ta’ Diċembru 1983 Platini jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

Fis-27 ta’ Diċembru 1983 Michel Platini kien rebaħ l-ewwel wieħed mit-tliet Blalen tad-Deheb konsekuttivi tiegħu personali. Għal snin twal, sa żmien Messi u Ronaldo, Platini kien l-uniku li qatt rebaħ il-Ballun tad-Deheb għal tliet darbiet u saħansitra fuq tliet snin konsekuttivi.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Diċembru)

Illum se noħdukom lura għas-sena 1959 meta jumejn wara l-Milied Juventus kienu għelbu lil Roma fil-kampjonat bl-iskor kbir ta’ 4-0.