Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Jannar)
Pisa-Juventus tal-1991, b’rebħa kbira favur Juventus bl-iskor ta’ 1-5. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Casiraghi (3) u Roberto Baggio (2).
Pisa-Juventus tal-1991, b’rebħa kbira favur Juventus bl-iskor ta’ 1-5. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Casiraghi (3) u Roberto Baggio (2).
Danilo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Sassuolo. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Kulusevski b’7% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ramsey b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Id-DĠ ta’ Sassuolo, Giovanni Carnevali kellu l-opportunità li jitkellem waqt il-programm Tiki Taka dwar il-futur ta’ Gianluca Scamacca. Fi kliemu Sassuolo se jitilquh minn idejhom biss jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet it-tajba. Skontu, m’hemmx biss Juventus interessati f’Scamacca. Hu temm jgħid li Sassuolo mhux se jneħħu lil Scamacca b’self.
Matthew Scerri
Skont Radio Punto Nuovo, il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis talab li titmexxa d-data tas-Super Cup Taljana. It-talba tiegħu ma ntlaqgħetx u Juventus-Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar kif ippjanat. Jidher li hu għamel dil-proposta bit-tama li s-Super Cup tintlagħab fi tmiem l-istaġun meta forsi jkun possibbli li s-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Jannar 2021.
Filmat tal-partita Juventus-Ternana li ntlagħbet bħal-lum fl-1975. Skor finali 2-0 bil-gowls ta’ Damiani u Causio.
Ir-referee li se jmexxi l-partita tal-Coppa Italia bejn Juventus u Genoa se jkun Chiffi. Infakkru li l-partita se tintlagħab nhar l-Erbgħa 13 ta’ Jannar fid-8.45 p.m.
Matthew Scerri
Bil-gowl fl-aħħar minuti ta’ Juventus-Sassuolo, Cristiano Ronaldo sar l-ewwel plejer li skurja minn tal-inqas ħmistax-il gowl fl-aħħar ħmistax-il staġun fl-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa.
Matthew Scerri