Juventus-Sassuolo 3-1
Juventus kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva tal-2021. Konna nafu li Sassuolo huma tim kompatt u qawwi. Kif kien mistenni fl-Ewwel Taqsima il-logħob kien f’idejn Juventus imma Sassuolo għarfu kontrollaw il-logħba. Il-Bianconeri kienu sfurtunati li tilfu b’injuries lil McKennie u lil Dybala, liema injuries ikkundizzjonaw it-tip ta’ partita li Pirlo kien ipprepara. Fl-aħħar tal-Ewwel Taqsima, imbagħad, tkeċċa Obiang għal Sassuolo. It-Tieni Taqsima rat il-logħob dejjem iktar f’idejn Juventus u Sassuolo jilagħbu b’mod intelliġenti bil-kontrattakk. It-tliet gowls ta’ Juventus waslu kollha b’azzjonijiet sbieħ. Ir-rebħa Juventina hi mistħoqqa. Prosit anki lil Sassuolo li llum saru realtà importanti tal-futbol Taljan.
JUVENTUS-SASSUOLO 3-1
Skurjaw: Danilo (J), Defrel (S), Ramsey (J), Ronaldo (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral, Frabotta; Chiesa (Bernardeschi), Arthur, Bentancur (Rabiot), McKennie (Ramsey-Morata); Ronaldo, Dybala (Kulusevski). Kowċ: Pirlo.
Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Muldur (Oddei), Chiriches (Ayhan), Ferrari, Kyriakopoulos; Obiang, Locatelli; Defrel (Boga), Djuricic (Lopez), Traoré; Caputo (Toljan). Kowċ: De Zerbi.
Referee: Massa.
Karti sofor: Bonucci (J), Ferrari (S), Bentancur (J), Frabotta (J), Kulusevski (J).
Karta ħamra: Obiang (S)
Matthew Scerri
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Sassuolo
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Sassuolo:
https://app.ex.co/stories/jcvmam10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-sassuolo
Ir-riżultati tal-partiti tas-17-il Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Benevento-Atalanta 1-4
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Genoa-Bologna 2-0
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Milan-Torino 2-0
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.
Roma-Inter 2-2
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Parma-Lazio 0-2
Udinese-Napoli 1-2
Verona-Crotone 2-1
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Fiorentina-Cagliari 1-0
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Juventus-Sassuolo 3-1
It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Spezia-Sampdoria 2-1
Matthew Scerri
Injuries għal McKennie u Dybala
Meta ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn Inter-Juventus, is-supporters ta’ Juventus huma ħerqana li jkunu jaf għada x’se jkunu l-entitajiet tal-injuries ta’ McKennie u Dybala. It-tnejn li huma kellhom jabbandunaw il-grawnd waqt Juventus-Sassuolo. McKennie jidher li għandu problema muskolari mentri Dybala għandu problema f’irkoptu. Għada nkunu nafu aħjar x’għandhom u jkollna indikazzjoni kemm se jdumu barra.
Matthew Scerri
Paratici: “L-attakkant? M’hemmx għaġġla”
Qabel Juventus-Sassuolo, Fabio Paratici tkellem dwar l-għidut li Juventus qed jippruvaw jixtru attakkant ieħor. Skontu Juventus m’għandhomx għaġġla u lanqas ħtieġa għax it-tim hu kompetittiv kif inhu. Madankollu jaf tinqala’ opportunità tajba u Juventus dejjem joqogħdu attenti għal kull okkażjoni tajba li s-suq tat-trasferimenti joffri.
Matthew Scerri
Juventus bi ftehim ma’ Milik
Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Juventus għandhom ftehim verbali ma’ Milik sabiex fis-sajf jingħaqad magħhom b’xejn wara li jkun intemmlu l-kuntratt ma’ Napoli. Skont Tuttosport Paratici se jagħmel tentattiv sabiex jilħaq ftehim ma’ Napoli għal trasferiment immedjat ta’ Milik ma’ Juventus. Madankollu Napoli qed ikomplu jitolbu somma ta’ bejn 10 u 15-il miljun, flus li Juventus ma jridux jonfqu issa. Għaldaqstant jekk dawn huma l-kundizzjonijiet ta’ Napoli, hu probabbli li Milik se jingħaqad ma’ Juventus fis-sajf.
Matthew Scerri
Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Sassuolo
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral, Frabotta; Chiesa, Arthur, Bentancur, McKennie; Ronaldo, Dybala.
Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Muldur, Chiriches, Ferrari G., Kyriakopoulos; Obiang, Locatelli; Defrel, Djuricic, Traoré; Caputo.