Suarez jikkonferma li kien jaf id-domandi minn qabel

La Repubblica qed tirraporta li Luis Suarez intalab jagħti x-xhieda tiegħu u kkonferma li kien jaf minn qabel id-domandi tal-eżami tat-Taljan. Suarez mhux qed ikun indagat u ntalab jagħti x-xhieda tiegħu inkwantu ‘persona informata dei fatti.”

Matthew Scerri

Buffon mill-ewwel minuta kontra Parma

Gigi Buffon illejla mistenni jkun qed jiddefendi l-lasti ta’ Juventus kontra l-eks tim tiegħu, Parma. Buffon kien iddebutta fis-Serie A ma’ Parma fid-19 ta’ Novembru 1995. Fit-tim Juventin hemm diversi plejers li lanqas biss kien għad twieldu dakinhar li Buffon lagħab l-ewwel partita tiegħu fis-Serie A (nies bħal Kulusevski, Arthur, Bentancur, McKennie, Chiesa, De Ligt u Demiral għandhom inqas minn 25 sena! Saħansitra Buffon kien lagħab ma’ missier Federico Chiesa fi żmien Parma). Ħamsa u għoxrin sena wara Buffon għadu fost l-aqwa gowlers tad-dinja u minkejja li x-xahar id-dieħel jagħlaq 43 sena, jidher li tmiem il-karriera ta’ Buffon mhuwiex fil-qrib!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Diċembru 2020.

Is-Super Cup Taljana fl-20 ta’ Jannar 2021

Is-Super Cup Taljana se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar 2021. Il-partita se tara lil Juventus u Napoli jilagħbu kontra xulxin fl-Istadium Mapei għar-rebħ tas-Super Cup Taljana. Il-Lega Calcio ħabbret li l-kick-off tal-partita se jkun fid-9.00 ta’ filgħaxija

Matthew Scerri  

Kif x’aktarx se jilagħbu Parma-Juventus

Parma (4-3-1-2): Sepe; Iacoponi, Osorio, Bruno Alves, Gagliolo; Kurtic, Hernani, Kucka; Karamoh; Gervinho, Cornelius.

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Kulusevski, Bentancur, McKennie, Chiesa; Ronaldo, Morata.

Sors: Sportmediaset

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti mis-17 sad-29 Ġurnata tas-Serie A

Tħabbru d-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mis-17 sad-29 Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

Is-17-il Ġurnata: Juventus-Sassuolo (10 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)

It-18-il Ġurnata: Inter- Juventus (17 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)

Id-19-il Ġurnata: Juventus-Bologna (24 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.)

L-20 Ġurnata: Sampdoria-Juventus (30 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.)

Il-21 Ġurnata: Juventus-Roma (6 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.)

It-22 Ġurnata: Napoli-Juventus (13 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.)

It-23 Ġurnata: Juventus-Crotone (22 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.)

L-24 Ġurnata: Hellas Verona-Juventus (27 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.)

Il-25 Ġurnata: Juventus-Spezia (2 ta’ Marzu 2021, għad irid jitħabbar il-ħin)

Is-26 Ġurnata: Juventus-Lazio (6 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.)

Is-27 Ġurnata: Cagliari-Juventus (14 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.)

It-28 Ġurnata: Juventus-Benevento (21 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.)

Id-29 Ġurnata: Torino-Juventus (3 ta’ April 2021, 6.00 p.m.)

Matthew Scerri

Juventus-Genoa tal-Coppa Italia fit-13 ta’ Jannar

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Coppa Italia. Juventus se jilqgħu f’darhom lil Genoa fit-13 ta’ Jannar 2021. Il-partita se tibda fid-8.45 ta’ filgħaxija u se tkun imxandra minn Rai.

Matthew Scerri

Milik ma jridx jitlaq lil Napoli f’Jannar

Arkadiusz Milik mhux se jitlaq lil Napoli f’Jannar. Skont Calciomercato.com l-aġent tiegħu, Pantak kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Napoli. F’dil-laqgħa Pantak għarrafhom li Milik mhux se jitlaq lil Napoli f’Jannar u minflok se jistenna sa Ġunju meta jiskadilu l-kuntratt. Napoli riedu jbigħuh f’Jannar għal 18-il miljun Ewro biex jevitaw li jitilfuh b’xejn. Madankollu Milik jidher li mhux se jpaxxihom wara li ilhom xhur jittrattawh ħażin.

Matthew Scerri

Premju għal McKennie

Weston McKennie ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer Maskili tal-Istati Uniti għas-sena 2020. Hu kellu sena tassew tajba u qed juri t-talent kollu tiegħu anki ma’ Juventus.

Matthew Scerri