L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Jannar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Jannar 2021.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Jannar 2021.




Weston McKennie ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Bologna. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 53% tal-voti, segwit minn Arthur b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Szczesny b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Juventus u O.Marseille jinsabu qrib ferm li jilħqu ftehim għal bdil ta’ plejers. Il-Bianconeri se jiksbu lil Marley Ake, winger ta’ 19-il sena. O. Marseille se jkunu qed jiksbu mingħand Juventus lil Franco Tongya li għandu kuntratt mal-Bianconeri li jiskadi daqt.
Matthew Scerri
Fabio Paratici kellu raġun: Cristian Romero hu difensur ta’ kwalità u ma’ Atalanta qed juri t-talent kollu tiegħu. Tant sejjer tajjeb li m’hemmx dubju li Atalanta se jixtruh għal kollox mingħand Juventus. Il-prezz maqbul hu ta’ 16-il miljun Ewro, liema somma tista’ titla’ għal 18-il miljun jekk Atalanta jikkwalifikaw għaċ-Champions League.
Matthew Scerri
Ir-referee tal-partita tal-Kwarti Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Spal se jkun Pezzuto. Infakkru li l-partita se tintlagħab nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar 2021 fid-8.45 p.m.
Matthew Scerri
Id-domanda li qed nagħmlu fl-istħarriġ tal-lum hi: Min taħseb li se jirbaħ is-Serie A? Segwi dil-ħolqa biex tħalli l-vot tiegħek:
https://app.ex.co/stories/juventusclubdocv10/ivvota-min-ta-seb-li-se-jirba-il-kampjonat-
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Jannar 2021.




Dil-ġimgħa se nisimgħu u naqraw ħafna dwar Edin Dzeko. Probabbli li hu se jkun qed jitlaq lil Roma wara li kellu diżgwid ma’ Fonseca. Kif għidna drabi oħra l-ikbar ostaklu biex Dzeko jingħaqad ma’ Juventus hu l-paga tiegħu li hi għolja wisq. Fl-aħħar sigħat issemma ħafna li jista’ jkun hemm bdil bejn Dzeko u Bernardeschi. Madankollu biex il-bdil iseħħ, hu fundamentali li Dzeko jaċċetta li jkollu paga inqas ma’ Juventus.
Matthew Scerri
Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Benevento-Torino 2-2
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Roma-Spezia 4-3
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Milan-Atalanta 0-3
Udinese-Inter 0-0
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Fiorentina-Crotone 2-1
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.
Juventus-Bologna 2-0
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Genoa-Cagliari 1-0
Verona-Napoli 3-1
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Lazio-Sassuolo 2-1
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Parma-Sampdoria 0-2
Matthew Scerri