Juventus-Bologna bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Bologna. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.


















Sors: Juventus.com
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Bologna. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.


















Sors: Juventus.com
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Bologna:
Juventus-Bologna hi simbolu tal-inkonsistenza tat-tim Juventin f’dan l-istaġun. Fl-Ewwel Taqsima t-tim ta’ Pirlo ddomina l-partita u wara l-gowl ta’ Arthur, kellu l-opportunità li jiskurja diversi drabi oħra. Kieku t-timijiet marru għall-intervall bl-iskor ta’ 3-0 jew 4-0 kien ikun riżultat ġust. It-Tieni Taqsima, imbagħad, rat lil Bologna jieħdu f’idejhom il-logħob u għal ħamsa u għoxrin minuta poġġew lil Juventus f’diffikultà kbira. B’xorti tajba McKennie skorja u hekk ngħalqet il-partita. Kif dejjem għidna fil-kampjonat Taljan jekk ma tagħlaq il-partita, tispiċċa ssofri għalxejn maż-żgħar.
JUVENTUS-BOLOGNA 2-0
Skurjaw: Arthur (J), McKennie (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci (De Ligt), Chiellini, Danilo; McKennie (Demiral), Arthur (Rabiot), Bentancur, Bernardeschi; Kulusevski (Ramsey), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Bologna (4-2-3-1): Skorupski; De Silvestri (Soumaoro), Danilo, Tomiyasu, Dijks (Palacio); Schouten, Svanberg (Dominguez); Orsolini (skov Olsen), Soriano, Vignato (Soriano); Barrow. Kowċ: Mihajlovic.
Referee: Sacchi.
Karti sofor: Vignato (B), Kulusevski (J), Arthur (J), Chiellini (J), Dijks (B).
Matthew Scerri
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, Chiellini, Danilo; McKennie, Arthur, Bentancur, Bernardeschi; Kulusevski, Ronaldo.
Bologna (4-2-3-1): Skorupski; De Silvestri, Danilo, Tomiyasu, Dijks; Schouten, Svanberg; Orsolini, Soriano, Vignato; Barrow.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Jannar 2021.




Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Bologna huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon;
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski;
Attakkanti: Ronaldo, Morata.
Matthew Scerri
Juventus taw l-aħbar li Matthijs De Ligt fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv għal żewġ swab tests li sarulu skont il-protokoll tal-FIGC.
Matthew Scerri