L-2020 kienet sena ta’ suċċess għall-website tagħna!

Tradizzjonalment fl-ewwel jum tas-sena naqsmu magħkom l-istatistika dwar kemm-il persuna tkun żaret il-website tagħna fis-sena li tkun għadha kemm intemmet. Għal darb’oħra għandna pjaċir ngħidulkom li kellna żieda fil-viewership tal-website www.juventusclubmalta.com fl-2020 meta mqabbel mal-2019.

 20202019Żieda
Users63,95848,274+32.5%
Sessions436,905433,523+0.8%
Pageviews733,569727,161+0.9%

Grazzi mill-qalb talli ssegwuna daqstant numerużi. Is-suċċess ta’ dil-website hu mibni fuq l-imħabba li dejjem urejtuna. Inwegħdukom li anki matul l-2021 se nibqgħu mwasslulkom kuljum l-aħbarijiet li jkun hemm dwar Juventus u l-Club tagħna.

Matthew Scerri

Bdil Gomez-Bernardeschi

Rai Sport taw l-aħbar li Juventus ukoll huma interessati li jiksbu lil Gomez. Skonthom Paratici għandu f’moħħu li jipproponi lil Atalanta bdil bejn Bernardeschi u Gomez. It-taħdidiet bejn il-klabbs għadhom ma bdewx uffiċjalment, imma din tidher li eventwalment se tkun il-proposta li se jressqu Juventus.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-15-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Inter-Crotone: Aureliano

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Atalanta-Sassuolo: Maresca

Cagliari-Napoli: Manganiello

Fiorentina-Bologna: Orsato

Genoa-Lazio: Calvarese

Parma-Torino: Doveri

Roma-Sampdoria: Chiffi

Spezia-Verona: Pairetto

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Benevento-Milan: Pasqua

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Udinese: Giacomelli

Matthew Scerri

Zaza u Pelle msemmija ma’ Juventus

Mhuma qed jieqfu xejn l-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Fl-aħħar sigħat issemmew anki Zaza u Pelle. It-tnejn li huma jidhru li jridu bidla radikali fil-karriera tagħhom u jidher li l-aġenti tagħhom għamlu kuntatt ma’ Juventus. Madankollu Juventus ftit li xejn jidhru interessati li jiffirmawhom.

Matthew Scerri

Reynolds lejn self ma’ Genoa

Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Juventus u Genoa. Wara t-taħdidiet għal Portanova, Frabotta, Pellegrini u Rovella, jidher li issa l-klabbs qed jitkellmu anki dwar Reynolds. Nafu li Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Reynolds minħabba l-limitazzjonijiet fuq il-plejers extrakomunitarji. Għaldaqstant sas-sajf Juventus iridu bilfors jisilfuh lil xi tim ieħor. Issemmew ħafna Cagliari u issa jidher li anki Genoa jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Reynolds.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Jannar)

Meta nqalbu fil-paġni tal-istorja ta’ Juventus insibu li fl-1 ta’ Jannar kellna ħames partiti tas-Serie A u partita oħra tat-Tazza tal-Fieri. Ir-riżultati ta’ dawn il-partiti kienu:

01.01.1939 Serie A Juventus-Milan 2-2
01.01.1948 Serie A Vicenza-Juventus 0-1
01.01.1950 Serie A Juventus-Lucchese 1-2
01.01.1956 Serie A Juventus-Lazio  1-0
01.01.1961 Serie A Lecco-Juventus  2-2
01.01.1964 Tazza tal-Fieri Atletico Madrid-Juventus 1-2

 Hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ Lecco-Juventus tal-1961.

Pellegrini se jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Luca Pellegrini se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport hemm ftehim għal kuntratt ġdid sal-2025. Jidher li f’dawn il-jiem Pellegrini se jkun qed jitlaq lil Genoa, b’Juventus jerġgħu jisilfuh lil xi tim tas-Serie A.

Matthew Scerri

Genoa jridu lil Frabotta wkoll

Juventus u Genoa qed jitħaddtu bejniehtom anki dwar Frabotta. Genoa jriduh fit-tim tagħhom u lesti jilagħbuh b’mod regolari. Biex dan ikun jista’ jsir, però, Juventus se jkunu qed jitolbu lura lil Pellegrini. Jidher li fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm self ieħor għal Pellegrini lil xi tim ieħor tas-Serie A.

Matthew Scerri

Milan tefgħu mill-ġdid għajnejhom fuq Bernardeschi

Federico Bernardeschi jista’ jkun l-ewwel akkwist ta’ Milan fl-2021. Skont La Stampa Maldini qed jaħdem biex jissodisfa t-talba ta’ Pioli sabiex ikun imsaħħaħ it-tim. F’das-sens jidher li kien hemm diġà kuntatti ma’ Raiola. Milan iriduh b’self, filwaqt li Juventus qed jitolbu somma ta’ 25 miljun Ewro. Issa wieħed irid jara kif se tevolvi dis-sitwazzjoni bit-taħdidiet bejn il-klabbs għadhom iridu jibdew formalment.

Matthew Scerri