Milan tefgħu mill-ġdid għajnejhom fuq Bernardeschi

Federico Bernardeschi jista’ jkun l-ewwel akkwist ta’ Milan fl-2021. Skont La Stampa Maldini qed jaħdem biex jissodisfa t-talba ta’ Pioli sabiex ikun imsaħħaħ it-tim. F’das-sens jidher li kien hemm diġà kuntatti ma’ Raiola. Milan iriduh b’self, filwaqt li Juventus qed jitolbu somma ta’ 25 miljun Ewro. Issa wieħed irid jara kif se tevolvi dis-sitwazzjoni bit-taħdidiet bejn il-klabbs għadhom iridu jibdew formalment.

Matthew Scerri

Khedira jinsab l-Ingilterra

Sami Khedira jinsab l-Ingilterra fejn qed jiltaqa’ ma’ xi klabbs tal-Premier League. Skont La Gazzetta dello Sport l-iktar klabb li għandu ċans li jiffirma lil Khedira hu Everton wara li l-Ġermaniż kemm-il darba esprima pubblikament ix-xewqa li jkun ittrenjat mill-ġdid minn Ancelotti.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (31 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-31 ta’ Diċembru 2020.

Jeep se jibqgħu l-isponsor fuq il-flokk ta’ Juventus sal-2024

Juventus u FCA laħqu ftehim sabiex ikun imġedded il-kuntratt ta’ sponsorship. Jeep se jibqgħu l-isponsor fuq il-flokk ta’ Juventus sal-2024. FCA se jkunu qed iħallsu 45 miljun Ewro fis-sena lil Juventus, bil-possibbiltà ta’ bonuses oħra wkoll.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jiffinalizzaw il-ftehim għal Rovella

Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jixtru lil Nicolò Rovella mingħand Genoa. Hu se jkun imħallas 9 miljuniu se jibqa’ misluf lil Genoa. Il-klabbs qed jitkellmu anki dwar Portanova, għalkemm jidher li eventwalment dat-trasferiment mhux se jkun marbut ma’ dak ta’ Rovella.

Matthew Scerri

Reynolds-Pavoletti. Juventus u Cagliari jaħdmu mill-qrib

Juventus laħqu ftehim biex jixtru lil Bryan Reynolds mingħand Dallas għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro. Hu se jkun misluf lil Cagliari għal sitt xhur. F’dawn is-sigħat Juventus qed jaħdmu mill-qrib ma’ Cagliari u kollox jindika li l-Bianconeri se jkunu qed jiksbu b’self lil Pavoletti.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Diċembru 2020.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Diċembru)

Illum qed inwasslulkom filmat ta’ Napoli-Juventus tal-1951. Il-Bianconeri rebħu 1-2 b’gowls ta’ Mari u Hansen.

Frabotta u Portanova x’aktarx ikunu mislufin

Skont Calciomercato.com Juventus jinsabu lesti jisilfu lil Frabotta u lil Portanova. Fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm self għalihom li xi tim ieħor tas-Serie A bil-għan li jkunu jistgħu jilagħbu iktar u jiksbu aktar esperjenza.

Matthew Scerri

Juventus-Udinese. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu li kien hemm s’issa 100 konfront uffiċjali bejn Juventus u Udinese. Minn dawn Juventus rebħu 66 partita, kien hemm 21 draw u 13-il rebħa biss għal Udinese. Minn dawn il-100 konfront, 92 minnhom kienu partiti tas-Serie A u hawn insibu 62 rebħa għal Juventus, 17-il draw u 13-il rebħa għal Udinese. Il-partiti tas-Serie A f’Turin jammontaw għal 46, b’Juventus jiksbu r-rebħa 35 darba. Il-bqija tal-konfronti jinqasmu f’4 draws u 7 rebħiet biss għal Udinese f’Turin. Il-plejer Juventin li lagħab l-iktar kontra Udinese hu Buffon (16-il partita), filwaqt li John Hansen hu dak li skurja l-iktar f’dal-konfronti (6 gowls).

Matthew Scerri