Id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Rovella, Portanova u Petrelli

Juventus se jkunu qed iħallsu 18-il miljun Ewro lil Genoa għal Nicolò Rovella flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Min-naħa tagħhom Genoa qed jixtru mingħand Juventus lil Portanova u lil Petrelli. Is-somma li Genoa se jħallsu għal Portanova hi ta’ 10 miljuni, filwaqt li Petrelli se jiswihom 8 miljuni. Fil-kuntratti hemm anki performance bonuses li jkunu jridu jitħallsu għat-tnejn li huma: 5 miljuni fil-każ ta’ Portanova u 5.3 miljun Ewro għal Petrelli. Infakkru li Rovella se jibqa’ b’self ma’ Genoa għal sena u nofs, filwaqt li Portanova u Petrelli se jkunu qed jilbsu l-flokk ta’ Genoa immedjatament.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Spal

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Spal tal-Coppa Italia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 27% tal-voti, filwaqt li fit-tieni post insibu lil Rabiot u Fagioli b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Douglas Costa lura fis-Serie A?

Douglas Costa jista’ jkun qed jirritorna fis-Serie A fil-ġranet li ġejjin. Skont Tuttosport, fil-fatt, Milan qed jikkunsidraw li jressqu offerta għalih hekk kif jafu li Bayern Munich lesti jtemmu immedjatament is-self tiegħu mingħand Juventus. Minn dak li qed ikun irrapurtat, Juventus ma jriduhx lura fit-tim tagħhom u għaldaqstant lesti jfittxu tim ġdid għalih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Jannar 2021.

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Rovella. Portanova u Petrelli ma’ Genoa

Juventus iddepożitaw fl-uffiċini tal-Lega Calcio l-kuntratt tax-xiri ta’ Nicolò Rovella. Hu se jibqa’ b’self għal sitt xhur ma’ Genoa. Il-klabb ta’ Preziosi xtara mingħand Juventus lil Manolo Portanova u Elia Petrelli.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-20 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Torino-Fiorentina: Di Bello

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Bologna-Milan: Doveri

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Sampdoria-Juventus: Fabbri

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Benevento: Pasqua

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Spezia-Udinese: Di Martino

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Genoa: Giacomelli

Atalanta-Lazio: Chiffi

Cagliari-Sassuolo: Mariani

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Parma: La Penna

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Roma-Verona: Piccinini

Matthew Scerri

Sassuolo se jixtru lil Cacace bi qbil ma’ Juventus

Juventus u Sassuolo mistennija jkunu qed jixtru plejer b’kollaborazzjoni flimkien. Fil-fatt Juventus iridu lil Liberato Cacace ta’ Sint Truiden. L-idea hi li, kif ġara fis-snin li għaddew b’Demiral, Sassuolo se jixtru lil dal-plejer għal 5 miljuni. Is-sena d-dieħla jew ta’ wara, imbagħad, Juventus ikollhom id-dritt li jixtruh għal somma kemxejn għola direttament mingħand Sassuolo.

Matthew Scerri

Illum ikomplu t-taħdidiet bejn Juventus u Sassuolo għal Scamacca

Illum probabbli li Paratici se jkun qed jiltaqa’ ma’ Carnevali ta’ Sassuolo bil-għan li jinstab ftehim għat-trasferiment ta’ Scamacca ma’ Juventus. Pirlo għadu mingħjar ir-raba’ attakkant u qed ikollu jadatta lil Kulusevski. Paratici għadu qed jaħdem biex jikseb b’self lil Scamacca mingħand Sassuolo. Probabbli li l-klabbs jilħqu ftehim bejniethom fuq il-bażi ta’ self għal sena u nofs, bid-dritt jew l-obbligu għal Juventus li jixtruh għal kollox fl-2022. Fil-ftehim jista’ jidħol anki Fagioli li jingħaqad ma’ Sassuolo għas-somma ta’ bejn 10 u 12-il miljun Ewro.

Matthew Scerri