Dybala ħeles mill-kuntratt li kellu ma’ Star Image

Paulo Dybala solva l-kwistjoni li kellu mal-kumpanija Star Image dwar il-bejgħ tal-image rights tiegħu. L-istorja tmur lura għal żmien meta kien għadu plejer ta’ Palermo. Dik il-ħabta Dybala kien iffirma kuntratt ma’ Star Image, kumpanija rreġistrata f’pajjiżna, fejn bażikament tahom id-dritt li jinnegozjaw kull tip ta’ kuntratt marbut mal-image rights tiegħu għal perjodu ta’ 10 snin. Dybala dejjem sostna li hu kien ġie b’xi mod ingannat mill-eks-aġent tiegħu f’din l-istorja. Meta ngħaqad ma’ Juventus hu kien fehem l-iżball li għamel peress li normalment il-klabbs il-kbar tal-futbol ikunu jridu d-dritt li jbigħu huma direttament l-image rights tal-plejers fit-tim tagħhom. Dybala kien beda taħdidiet ma’ Star Image sabiex jintlaħaq ftehim ħalli l-kuntratt ikun itterminat. Il-ftehim dam ma ntlaħaq peress li Star Image kienu qed jitolbu somma ta’ 35 miljun Ewro. Issa jidher li l-ftehim bejn il-partijiet instab. Mhux magħruf, però, kemm ħallas Dybala.

Matthew Scerri

Ronaldo mar kontra l-miżuri tal-Gvern Taljan

Cristiano Ronaldo jinsab mill-ġdid f’nofs polemika. Fil-fatt ilbieraħ, hekk kif Pirlo ma għajjatlux għall-partita kontra Spal, hu mar flimkien ma’ Georgina Rodriguez f’Courmayeur. Kien jum għeluq snin Georgina u ried li jagħmlu xi ħaġa speċjali. S’hawn xejn speċjali. Il-problema hi madankollu li minħabba r-restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid, Ronaldo ma setax jitlaq mill-belt ta’ Turin. Georgina tellgħet fuq Instagram filmat qasir tagħhom f’Courmayeur fuq is-silġ. Wara ftit tal-ħin il-filmat tħassar, biss ħafna kienu laħqu rawh u online għaddejjin ħafna polemiki. Jista’ jkun li jittieħdu passi fil-konfront ta’ Ronaldo min-naħa tal-awtoritajiet lokali talli kiser il-miżuri tal-Avviż Legali tal-Gvern Taljan.

Matthew Scerri

Juventus-Spal bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Spal tal-Coppa Italia. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Jannar 2021.

Filmat: Juventus-Spal (il-partita sħiħa)

https://www.youtube.com/watch?v=3EK9_fNNEYg

Juventus-Spal 4-0

Juventus-Spal 4-0
Skurjaw: Morata (pen.) (J), Frabotta (J), Kulusevski (J), Chiesa (J).

Juventus (4-4-2): Buffon; Dragusin, Demiral (Da Graca), De Ligt, Frabotta (Alex Sandro); Bernardeschi (Di Pardo), Fagioli (McKennie), Rabiot, Ramsey; Kulusevski, Morata (Chiesa). Kowċ: Pirlo.

Spal (3-5-2): Berisha; Okoli, Vicari (Tomovic), Ranieri (Sala); Dickmann, Missiroli (Viviani), Esposito (Valoti), Seck, Sernicola; Brignola, Floccari (Moro). Kowċ: Marino.

Referee: Pezzuto.

Karti sofor: Sernicola (S), Valoti (S), Chiesa (J), Rabiot (J).