Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Diċembru)
Fit-28 ta’ Diċembru 1969 Juventus marru Ruma biex jilagħbu kontra t-tim tal-kapitali. Skor finali tal-partita 0-3 favur Juventus, b’gowls ta’ Anastasi, Zigoni u Haller.
Fit-28 ta’ Diċembru 1969 Juventus marru Ruma biex jilagħbu kontra t-tim tal-kapitali. Skor finali tal-partita 0-3 favur Juventus, b’gowls ta’ Anastasi, Zigoni u Haller.
Il-logħob jinsab wieqaf biss l-uffiċċjali tal-klabbs huma ferm attivi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Min-naħa tagħhom Juventus jidhru li qed ifittxu attakkant ġdid. L-ismijiet li qed isiru nafuhom: Llorente, Depay, Milik u Pavoletti. Issemma anki l-attakkant ta’ Celtic, Oudsonne Edouard. Dan jista’ jkun investiment għall-futur minħabba l-età żgħira tiegħu. Investiment ieħor f’talent żagħżugħ hu dak għal Edouard Michut li hu midfielder/playmaker. Żgur li apparti dawn l-ismijiet se nisimgħu ħafna iktar fil-ġimgħat li ġejjin.
Matthew Scerri
Diversi gazzetti u siti qed jaqblu li f’Jannar hu probabbli li Juventus ibigħu lil Bernardeschi. Fil-pjanijiet tal-Bianconeri hemm li jinstab tim lest jinvesti somma tajba fl-akkwist tal-winger Taljan. Juventus, imbagħad, jużaw il-flus li jdaħħlu mill-bejgħ ta’ Bernardeschi biex jixtru midfielder ta’ livell għoli li jista’ jgħolli l-kwalità ta’ nofs il-grawnd tat-tim ta’ Pirlo.
Matthew Scerri
F’dawn is-sigħat qed tibda l-era Pochettino fit-tim ta’ PSG. Hu se jieħu post Tuchel u diġà qed ikun hemm ħafna għidut li hu għarraf lill-klabb liema huma l-plejers li jixtieq li jinxtraw u liema jistgħu jinbigħu. Fost il-plejers għall-bejgħ qed jissemma ħafna Icardi. Dybala, mill-banda l-oħra, hu wieħed mill-plejers li Pochettino talab. Issa rridu naraw jekk dat-trasferimenti humiex realistikament jistgħu jseħħu f’Jannar jew inkella huwx se jkun hemm biss taħdidiet biex iwittu t-triq għal xiri/bejgħ fis-sajf.
Matthew Scerri
Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li l-aġenti ta’ Mesut Ozil offrew lil Juventus il-possibbiltà li jiffirmaw lill-plejer Ġermaniż. Il-Bianconeri, però, mhumiex interessati f’Ozil.
Matthew Scerri
Cristiano Ronaldo ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer tas-Seklu waqt il-Globe Soccer Awards. Il-premju, tajjeb niċċaraw, kien għall-Aqwa Plejer fil-perjodu 2000-2020. Ronaldo kien ivvutat min-nies anki bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena 2020, biss il-ġurija ta’ esperti ta’ Globe Soccer li għandha piż ta’ 60% fl-għażla tar-rebbieħa, ippreferiet lil Lewandowski (li allura rebaħ il-premju għal dis-sena).
Matthew Scerri
Tribuna.com żvelaw b’mod esklussiv li skont l-Istatut tal-FIGC ebda klabb ma jista’ jirrikorri għall-Collegio di Garanzia tal-CONI f’każ ta’ telfiet walkover. L-artiklu 30, par. 3 tal-Istatut tal-FIGC jispjega dan kollu ċar u tond. Barra minn hekk ġie nnutat li l-avukat ta’ Napoli, Lubrano jaħdem mal-CONI u hu kollega ta’ min qata’ s-sentenza dil-ġimgħa. Insomma, kif dejjem għidna, din hi farsa mhux ġustizzja!
Matthew Scerri
Juventus u Inter huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi ta’ Rodrigo De Paul f’Jannar. Skont Il Corriere dello Sport Udinese qed jitolbu 40 miljun Ewro għalih. Nifhmu li l-ebda klabb bħalissa ma jaffordja jonfoq somma daqstant kbira bħalissa u allura hu probabbli li jkunu qed jinnegozjaw ftehim għal ħlas ta’ dis-somma fuq numru ta’ snin.
Matthew Scerri