Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Barcellona

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, Demiral, Danilo; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Morata.

Barcellona (4-2-3-1): Neto; Sergi Roberto, Araujo, Lenglet, Jordi Alba; Pjanic, De Jong; Dembélé, Messi, Pedri; Griezmann.

Alaba għadu ma jridx jiffirma kuntratt ġdid ma’ Bayern Munich

Skont Sport Bild reġgħu fallew in-negozjati ta’ Bayern Munich ma’ Alaba biex jikkonvinċuh jiffirma kuntratt ġdid magħhom. F’dan l-istadju jidher li r-rieda ta’ Alaba hi li ma jiffirmax kuntratt ieħor ma’ Bayern ħalli fis-sajf 2021 ikun jista’ jingħaqad ma’ min irid.

Matthew Scerri

Bonucci rkupra!

Leonardo Bonucci jidher li rkupra mill-injury muskolari tiegħu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta llejla kontra Barcellona. Diversi gazzetti u siti qed jaqblu li Pirlo llejla se jikkonferma d-difiża bi tlieta, bl-istess plejers tal-Ħadd li għadda: Danilo, Bonucci u Demiral.

Matthew Scerri

Juventus fost it-timijiet interessati f’Johannesson

Il-gazzetta Aftonbladet qed tirraporta li Juventus huma fost il-klabbs il-kbar tal-Ewropa li qed juru interess fil-midfielder ta’ 17-il sena ta’ Norkkoeping, Isak Bergmann Johannesson. Juventus, Liverpool u Manchester United diġà bagħtu scouts tagħhom sabiex jarawh fl-azzjoni mill-qrib.

Matthew Scerri

Malen u Gravenberch fil-mira ta’ Juventus u Barcellona

Juventus u Barcellona mhux se jkunu biss avversarji fil-grawnd illejla. It-tnejn li huma jidhru li anki fis-suq tat-trasferimenti qed imorru għall-istess plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom. Fl-Olanda, pereżempju, Juventus u Barcellona qed isegwu b’interess qawwi lil Donyell Malen ta’ PSV u Ryan Gravenberch ta’ Ajax. Iż-żewġ talenti jidhru lesti biex jingħaqdu ma’ tim ta’ livell għoli u għaldaqstant kemm Juventus kif ukoll Barcellona qed jikkunsidraw li jressqu offerti għalihom.

Matthew Scerri

Pjanic: “Ninsab kuntent u emozzjonat”

“Ninsab kuntent u emozzjonat li ninsab hawn. Qattajt erba’ snin sbieħ ħafna hawn. Ninsab kuntent li qed nerġa’ niltaqa’ mal-plejers u l-istaff li ħdimt tant tajjeb magħhom. Se tkun partita diffiċli kontra tim tajjeb daqsna li qed jimmira għall-ewwel post. Naf sew il-mentalità t’hawn u kemm hi importanti għalihom dil-partita.” Hekk tkellem Miralem Pjanic dwar Juventus-Barcellona.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Ottubru 2020.

Għad hemm ċans li Bonucci jilgħab illejla

Dalgħodu Andrea Pirlo se jkun jaf jekk Leonardo Bonucci huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona. Sal-bieraħ hu kien qed jittrenja apparti. Pirlo lbieraħ stqarr li waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ dalgħodu se jkollu l-indikazzjonijiet dwar jekk huwiex tajjeb għal-logħob. Infakkru li Chiellini u De Ligt għadhom barra u allura apparti Bonucci, Pirlo fadallu biss lil Danilo u Demiral bħala difensuri ċentrali.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu llejla Juventus u Barcellona

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, Demiral, Frabotta; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Morata.

Barcellona (4-2-3-1): Neto; Dest, Araujo, Lenglet, Jordi Alba; Busquets, De Jong; Trincao, Pedri, Ansu Fati; Messi.

Sors: Sportmediaset