Juventus-Udinese. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu li kien hemm s’issa 100 konfront uffiċjali bejn Juventus u Udinese. Minn dawn Juventus rebħu 66 partita, kien hemm 21 draw u 13-il rebħa biss għal Udinese. Minn dawn il-100 konfront, 92 minnhom kienu partiti tas-Serie A u hawn insibu 62 rebħa għal Juventus, 17-il draw u 13-il rebħa għal Udinese. Il-partiti tas-Serie A f’Turin jammontaw għal 46, b’Juventus jiksbu r-rebħa 35 darba. Il-bqija tal-konfronti jinqasmu f’4 draws u 7 rebħiet biss għal Udinese f’Turin. Il-plejer Juventin li lagħab l-iktar kontra Udinese hu Buffon (16-il partita), filwaqt li John Hansen hu dak li skurja l-iktar f’dal-konfronti (6 gowls).

Matthew Scerri

Juventus-Napoli fl-14 ta’ Frar?

Meta se tintlagħab Juventus-Napoli? Din hi d-domanda li ħafna supporters qed jistaqsu. S’issa għad m’hemmx data peresss li prattikament sa Mejju m’hemmx spazju għal partita oħra minħabba l-impenji tal-kampjonat, tal-Coppa Italia u tal-kompetizzjonijiet Ewropej. L-għidut hu li x’aktarx Juventus-Napoli se tintlagħab fl-14 ta’ Frar 2021, meta kellha tintlagħab il-partita tat-Tieni Rawnd. Imbagħad f’Mejju (jew qabel jekk Juventus u Napoli ma javanzawx fil-kompetizzjonijiet kollha) tinstab data għall-partita Napoli-Juventus tat-Tieni Rawnd.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Diċembru 2020.

Rabiot segwit minn klabbs tal-Premier League

Everton, Tottenham u Manchester United huma fost it-timijiet li l-aktar qed juru interess f’Adrien Rabiot. Skont il-mezzi tax-xandir Ingliżi, Rabiot jista’ jitlaq lil Juventus f’Jannar f’każ ta’ offerta tajba.

Matthew Scerri

Juventus iressqu l-proposta finali tagħhom lil Dybala

Sky qed jirrapurtaw li l-offerta finali ta’ Juventus lil Dybala hi ta’ paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Jidher li Juventus mhux se jkunu qed jgħollu l-offerta tagħhom, għajr forsi għal xi bonuses. Issa rridu naraw jekk Dybala huwiex se jkun sodisfatt b’dil-paga jew inkella huwiex se jirrifjuta u allura Juventus ma jkollhomx triq oħra ħlief li jbigħuh.

Matthew Scerri

Juventus iridu lil Cragno għal meta jirtira Buffon

Wara Portanova, Pavoletti u Reynolds, issa qed jissemma plejer ieħor li jista’ jkun fiċ-ċentru ta’ negozjati bejn Juventus u Cagliari. Calciomercatoweb.it qed jirrapurtaw li Juventus iridu lil Alessio Cragno fis-sajf li ġej jekk Buffon jagħżel li jirtira. Il-Bianconeri lesti joffru tpartit ma’ Rugani jew Perin. Fuq Cragno hemm anki Inter li jriduh biex ikun l-eredi ta’ Handanovic.

Matthew Scerri

Juventus iridu jneħħu lil Khedira malajr kemm jista’ jkun

Sami Khedira qed jifli bir-reqqa l-offerta li qed jaslulu u jidher li m’għandux għaġġla biex jagħżel. Juventus, mill-banda l-oħra, qed jittamaw li ma jdumux ma jarawh ma’ tim ieħor. Nafu li fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klabbs kollha tal-Ewropa, tim irid jeħles mill-paga ta’ plejer qabel ikun jista’ jidħol għal paga ta’ plejer ieħor. Fi kliem ieħor jekk jitlaq Khedira Juventus ikunu jistgħu joffrulu l-paga tiegħu (6 miljuni) lil xi plejer li jħossu li hu iktar utli għat-tim tagħhom. Il-biża’ hi li Khedira jdum jittrattjieni sal-aħħar u hekk Juventus ma jkollhomx il-ħin biex isibu plejer ieħor imbagħad.

Matthew Scerri

Chiellini u Demiral lura għat-training sħiħ ma’ sħabhom

Illum Juventus reġgħu bdew training wara ftit jiem vaganzi tal-Milied. Chiellini u Demiral irnexxilhom jittrenjaw mal-bqija ta’ sħabhom u allura Pirlo se jkollu lil kulħadd għad-dispożizzjoni tiegħu nhar il-Ħadd. L-uniċi plejers neqsin illum fil-Continassa kienu Rabiot u Ronaldo li se jibdew training għada bi qbil mal-klabb.

Matthew Scerri

O.Lyon kuntenti b’De Sciglio

O.Lyon jidhru li huma sodisfatti bil-wirjiet ta’ De Sciglio s’issa. Skont Tuttosport il-klabb Franċiż qed jikkunsidra serjament li jixtrih għal kollox. Ovvjament id-deċiżjoni finali se tittieħed aktar ‘il quddiem fl-istaġun.

Matthew Scerri