Id-dati tal-konfronti bejn Juventus u Porto
Tħabbru mill-Uefa d-dati tal-konfronti bejn Juventus u Porto fir-Rawnd tal-Aħħar Sittax taċ-Champions League. L-ewwel partita se tintlagħab fil-Portugall fis-17 ta’ Frar 2021, filwaqt li r-return match se jkun fl-Allianz Stadium fid-9 ta’ Marzu 2021. Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fid-9.00 ta’ filgħaxija.
Matthew Scerri
Ir-referees tal-partiti tat-12-il Ġurnata tas-Serie A
It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.
Udinese-Crotone: Di Martino
It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Benevento-Lazio: Pairetto
L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.
Juventus-Atalanta: Doveri
L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Fiorentina-Sassuolo: Valeri
Genoa-Milan: Orsato
Inter-Napoli: Massa
Parma-Cagliari: Pezzuto
Spezia-Bologna: Giacomelli
Verona-Sampdoria: Ros
Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Roma-Torino: Abisso
Matthew Scerri
Agnelli: “Ressaqna offerta lil Dybala u qed nistennew risposta mingħandu”
Andrea Agnelli kien ippremjat bħala l-Aqwa President tal-Ewropa waqt il-premjazzjoni tal-Golden Boy 2020. Hu tkellem fost l-oħrajn dwar Paulo Dybala. Skont Agnelli, Dybala saritlu offerta għall-kuntratt il-ġdid u issa Juventus qed jistennew ir-risposta tiegħu. Fi kliem Agnelli dil-proposta se tagħmel lil Dybala mal-aqwa għoxrin plejer tal-Ewropa f’terminu ta’ paga. Il-President kompla jgħid li apprezza kliem Dybala li stqarr li jħobb lil Juventus, sentiment li hu reċiprokat għax anki Juventus iriduh magħhom għall-futur. Hu temm jgħid li x-xewqa ta’ Agnelli hi li Dybala jkun fost l-aqwa ħames plejers tal-Ewropa, anki jekk bħalissa għadu ma wasalx hemm.
Matthew Scerri
Il-poloz tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax taċ-Champions League
Borussia M. – Manchester City
Lazio – Bayern Munich
Atletico Madrid – Chelsea
RB Leipzig – Liverpool
Porto – Juventus
Barcellona – PSG
Sevilla – Borussia Dortmund
Atalanta – Real Madrid
Matthew Scerri
Avviz mis-Segretarjat
Nixtiequ ninfumaw lill-membri li nhar it-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020, l-uffiċċju tal-Club mhux ser ikun miftuħ.
Grazzi
Joe Shields
Segretarju
Juventus-Atalanta. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat
Fil-kotba tal-istorja nsibu li s’issa kien hemm 134 konfront dirett bejn Juventus u Atalanta. Il-Bianconeri rebħu aktar minn nofshom (72 partita), filwaqt li komplessivament Atalanta kisbu biss 15-il rebħa. Id-draws kienu 47. L-iżbilanċ bejn it-timijiet joħroġ iktar biċ-ċar mill-istatistika tal-gowls li saru fil-konfronti: 247 gowl għal Juventus u 118-il gowl għal Atalanta.
Fis-Serie A Juventus u Atalanta ltaqgħu 116-il darba, b’65 partita mirbuħa minn Juventus, 40 draw u 11-il telfa għall-Bianconeri. Minn dawn il-konfronti kollha, 58 partita ntlagħbet f’Turin. Juventus rebħu 38 partita, kien hemm 16-il draw u 4 rebħiet biss għal Atalanta. Boniperti hu l-plejer Juventin li l-aktar lagħab kontra Atalanta (12-il partita) u l-aktar li skurja (6 gowls).
Matthew Scerri
Dybala: “Inħobb lil Juventus. Intqalu affarijiet mhix vera”
Fi tmiem Genoa-Juventus, ġurnalist ta’ Sky saqsa lil Dybala x’se jkun il-futur tiegħu: “Jien inħobb lil Juventus. Ma tantx nitkellem fuq dawn l-affarijiet. Jiddispjaċini li ntqalu ħafna affarijiet mhux veri. L-aġent tiegħi dam ħafna Turin u qatt ma sejħulu. Meta jissemmew ċifri, l-aktar fiż-żminijiet t’issa, in-nies iddur kontrija.”
Matthew Scerri