Juventus-Fiorentina 0-3

L-2020 ta’ Juventus intemm b’wirja tassew fjakka u medjokri kontra Fiorentina. It-tim niżel fil-grawnd mentalment mhux ippreparat għall-partita. Difensivament Juventus kienu diżastru. Nofs il-grawnd bilkemm deher. L-attakk, imbagħad, ma jistax isolvi waħdu l-problemi kollha tat-tim. Maż-żgħar rajniha wisq dis-sena: tim demotivat, arroganti fl-atteġġament tiegħu, bla ideat, b’ħafna plejers lanqas biss jidhru fil-grawnd, eċċ. Hu għalxejn li jkollok wirjiet tajba (tipo kontra Atalanta u Parma) jekk imbagħad tispiċċa taqla’ tlieta f’darek kontra tim ferm inferjuri minnek. Daqt jgħaddi nofs l-istaġun u ninsabu wisq lura minn ta’ quddiem kemm f’termini ta’ logħob kif ukoll ta’ punti!

JUVENTUS-FIORENTINA 0-3

Skurjaw: Vlahovic (F), Alex Sandro (awtogowl) (F), Caceres (F)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt (Frabotta), Bonucci, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, McKennie (Kulusevski), Ramsey (Danilo); Morata (Bernardeschi), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Fiorentina (5-3-2): Dragowki; Caceres, Milenkovic, Pezzella, Igor, Biraghi (Venuti); Amrabat, Borja Valero (Pulgar), Castrovilli; Ribery (Bonaventura), Vlahovic (Kouame). Kowċ: Prandelli.

Referee: La Penna.

Karti sofor: Ribery (F), Biraghi (F), Borja Valero (F), Pezzella (F), Venuti (F), Danilo (J).

Karta ħamra: Cuadrado (J).

Matthew Scerri

Paratici: “Meta jgħidulna mmorru nilagħbu”

Intervistat minn ġurnalisti ta’ Sky qabel il-partita kontra Fiorentina, Fabio Paratici tkellem dwar is-sentenza tal-Collegio di Garanzia dwar Juventus-Napoli. Paratici sostna li Juventus jħossuhom “indifferenti” għal dil-kwisjtoni. Żied: “Meta se jgħidulna d-data se mmorru għal-logħob u se nieħdu magħna l-ballun. Aħna konna hemm anki fl-4 ta’ Ottubru.” Paratici ċċara anki li Rabiot kellu jiskonta s-sospensjoni llum peress li r-regolament jgħid li s-sospensjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel partita wara s-sentenza.

Matthew Scerri

Rabiot intbagħat lura d-dar minn Juventus

Adrien Rabiot intbagħat lura d-dar minn Juventus u mhux se jkun lanqas riserva kontra Fiorentina. Fil-fatt Juventus beżgħu li jista’ jkun li l-partita sospensjoni li Rabiot se jkollu jiskonta wara d-deċiżjoni tal-Appell tista’ tkun effettiva mil-lum. Minħabba l-inċertezza, u sabiex jevitaw telfa walkover, Juventus ippreferew li Rabiot illum jinbagħat id-dar. Ironikament issa jekk is-sospensjoni se tkun tgħodd għall-partita kontra Udinese, Rabiot se jkun tilef żewġ partiti minflok waħda.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Fiorentina

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, McKennie, Ramsey; Morata, Ronaldo.

Fiorentina (5-3-2): Dragowki; Caceres, Milenkovic, Pezzella, Igor, Biraghi; Amrabat, Borja Valero, Castrovilli; Ribery, Vlahovic.

Rabiot sospiż kontra Udinese

Adrien Rabiot se jkun sospiż kontra Udinese. Hu fil-fatt kellu jiskonta partita sospensjoni kontra Napoli f’Ottubru li għadda. Peress li l-partita kienet ingħatat bħala walkover, kien tqis li Rabiot skonta s-sospensjoni. Issa, però, li l-partita ta’ Napoli se jkollha tintlagħab, Rabiot se jkun sospiż għall-partita li jmiss, dik kontra Udinese.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus-Napoli se jkollha tintlagħab!

Il-Collegio di Garanzia tal-CONI laqa’ r-rikors imressaq minn Napoli u qata’ l-Appell favurihom. Juventus-Napoli se jkollha tintlagħab. Napoli ngħataw lura l-punt li ttiħdilhom fil-klassifika. S’issa għadu mhux magħruf meta se tintlagħab Juventus-Napoli. Li hu żgur hu li qed nassistu għas-soltu teatrin Taljan fejn sentenzi jinqalbu ta’ taħt fuq. Hu gravissimu li l-FIGC naqset milli tipprovdi d-dokumenti b’rabta mal-każ u lanqas biss dehret fis-smigħ tal-Appell. Juventus ukoll naqsu milli jidhru, u għaldaqstant l-Collegio di Garanzia sema’ biss il-verżjoni ta’ Napoli.

Matthew Scerri

Buffon taħt inkjesta

Il-Procura tal-FIGC fetħet inkjest dwar l-allegata dagħwa ta’ Buffon fil-grawnd waqt Parma-Juventus. L-Imħallef tal-Isports ma ħax passi kontra Buffon dil-ġimgħa minħabba li fir-rapport tar-referee ma hemm ebda indikazzjoni dwar dan l-episodju. Issa l-Procura Federale trid tistabilixxi jekk verament intqalitx did-dagħwa u eventwalment tara huwiex il-każ li jittieħdu passi dixxiplinari.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Illum qed jinstema’ l-Appell

Illum qed jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mas-sentenza ta’ telfa walkover kontra Juventus u punt imnaqqas fil-klassifika. Illjela stess hu probabbli li nkunu nafu kif inqatgħet is-sentenza.

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Fiorentina

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita tal-lejla kontra Fiorentina huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca.

Matthew Scerri