Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Parma-Juventus

Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Parma u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 39% tal-voti, segwit minn Bentancur b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil De Ligt b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Diċembru 2020.

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Fiorentina

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Danilo; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Fiorentina (3-5-2): Dragowski; Milenkovic, Pezzella, Caceres; Venuti, Bonaventura, Amrabat, Castrovilli, Biraghi; Vlahovic, Ribery.

Sors: Sky

Ir-referees tal-14-il Ġurnata tas-Serie A

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.

Crotone-Parma: Maresca

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Juventus-Fiorentina: La Penna

L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.

Verona-Inter: Giacomelli

L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Atalanta: Chiffi

Milan-Lazio: Di Bello

Napoli-Torino: Valeri

Roma-Cagliari: Pairetto

Sampdoria-Sassuolo: Ayroldi

Spezia-Genoa: Massa

Udinese-Benevento: Volpi

Matthew Scerri

Milik jew Depay fil-pjanijiet ta’ Juventus

F’Jannar Juventus se jkunu qed jippruvaw jiksbu attakkant ġdid. Fil-pjanijiet ta’ Paratici hemm li jinkiseb bi ftit flus attakkant li jkun jista’ jserraħ lil Ronaldo u lil Morata. Apparti Milik, Tuttosport qed issemmu anki lil Depay. Bħal Milik, anki Depay għandu kuntratt li se jiskadi f’Ġunju 2021 u għaldaqstant l-akkwist tiegħu jista’ jiswa ftit. Jidher, imma, li Depay qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Barcellona.

Matthew Scerri

Suarez: “Kont iffirmajt precontratto ma’ Juventus”

Skont Sportmediaset, Luis Suarez ikkonferma waqt ix-xhieda li ta lill-Procura ta’ Perugia li kien iffirma precontratto ma’ Juventus, iżda mbagħad kollox sfaxxa fix-xejn. L-Ansa qed tirraporta li sorsi interni ta’ Juventus qed isostnu li t-trasferiment ta’ Suarez ma seħħx minħabba li ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jitlestew il-formalitajiet burokratiċi marbuta mal-każ.

Matthew Scerri

Ronaldo jirċievi l-Golden Foot

Cristiano Ronaldo rċieva l-premju magħruf bl-isem ta’ Golden Foot. F’kumment mogħti fi tmiem iċ-ċerimonja, Ronaldo rringrazzja lil kulmin ivvutalu u wiegħed li se jibqa’ jagħmel dak kollu li hu possibbli biex jibqa’ jilgħab tajjeb u jiskurja.

Matthew Scerri

Rummenigge: “Alaba ma aċċettax l-offerta tagħna”

Karl-Heinz Rummenigge kkonferma uffiċjalment li David Alaba ma aċċettax l-offerta li Bayern ressqulu għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Fi kliem Rummenigge, Alaba jista’ jinnegozja ma’ min irid fi Fraf peress li l-kuntratt tiegħu wasal biex jiskadi. Hu ma eskludiex però li jista’ jkun hemm tentattiv mill-ġdid minn Bayern biex jinstab ftehim ma’ Alaba.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Diċembru 2020.