Juventus qrib li jilħqu ftehim għal Reynolds
Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jilħqu ftehim għall-akkwist ta’ Bryan Reynolds mingħand Dallas FC. Il-Bianconeri ressqu offerta ta’ 7.5 miljun Ewro, liema offerta tidher li se tkun aċċettata. Fis-sitt xhur li ġejjin Reynolds se jkun qed jilgħab b’self ma’ Benevento.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Jannar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Jannar 2021.




De Ligt pożittiv għall-Covid-19
Matthijs De Ligt ittestja pożittiv għall-Covid-19. Hu t-tielet plejer li attwalment jinsab marid bil-Covid fi ħdan it-tim Juventin wara Alex Sandro u Cuadrado.
Matthew Scerri
Injury muskolari għal Berardi
Domenico Berardi sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar tliet ġimgħat. Għaldaqstant hu se jitlef il-partita kontra Juventus nhar il-Ħadd. Din se tkun is-seba’ darba fil-karriera tiegħu (minn ħmistax-il partita) li hu se jitlef il-konfront ma’ Juventus minħabba injury jew għax kien sospiż.
Matthew Scerri
Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Milan-Juventus
Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Milan u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 76% tal-voti, segwit minn Szczesny b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Juventus isegwu anki lil Shomurodov
Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li Juventus huma interessati li jiksbu lil Eldor Shomurodov mingħand Genoa. L-aħbar qed tingħata prominenza kbira tant li nsibuha fl-ewwel paġna. Shomurodov jista’ jkun ir-raba’ attakkant ta’ Juventus għall-kumplament tal-istaġun.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Jannar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Jannar 2021.




Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Jannar)
Bħal-lum fl-1983 Juventus laqgħu fl-Istadio Comunale lil Genoa. Il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 4-2 favur Juventus.
Ir-referees tas-17-il Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Benevento-Atalanta: Manganiello
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Genoa-Bologna: Doveri
Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Milan-Torino: Maresca
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.
Roma-Inter: Di Bello
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.
Parma-Lazio: Pairetto
Udinese-Napoli: Pasqua
Verona-Crotone: Massimi
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.
Fiorentina-Cagliari: Giacomelli
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Juventus-Sassuolo: Massa
It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.
Spezia-Sampdoria: Piccinini
Matthew Scerri


