Referee jwaqqaf partita minħabba l-Covid

Għall-ewwel darba fl-istorja partita tal-futbol twaqqfet minħabba l-virus tal-Covid-19. St George’s Park l-Ingilterra kienet qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Skoċċiż ta’ taħt id-19-il sena. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-Ingilterra kienet qed tirbaħ 3-1. Fl-intervall bejn l-ewwel u t-tieni taqsima, sar magħruf li l-kowċ tal-Iskozja, Billy Stark irriżulta pożittiv għall-Covid. Ir-referee, bi qbil mal-FAs konċernati, iddeċieda li jwaqqaf il-partita biex ikun evitat kull riskju żejjed li jiġu infettati persuni oħra involuti f’dil-partita.

Matthew Scerri

Problema ħafifa għal Dybala

Paulo Dybala dal-lejl kellu jitlef il-partita tal-Arġentina kontra l-Ekwador. Hu kellu problemi b’rabta ma’ gastrite ħafifa li tatu fil-ġurnata tal-partita. Xejn gravi, imma kellu jitlef dil-partita.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Ottubru 2020

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-5 sas-16-il Ġurnata

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-5 sas-16-il Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

5 Ġurnata: Juventus-Verona (Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.)

6 Ġurnata: Spezia-Juventus (Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

7 Ġurnata: Lazio-Juventus (Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.)

8 Ġurnata: Juventus-Cagliari (Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.)

9 Ġurnata: Benevento-Juventus (Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.)

10 Ġurnata: Juventus-Torino (Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.)

11-il Ġurnata: Genoa-Juventus (Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.)

12-il Ġurnata: Juventus-Atalanta (L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.)

13-il Ġurnata: Parma-Juventus (Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.)

14-il Ġurnata: Juventus-Fiorentina (It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.)

15-il Ġurnata: Juventus-Udinese (Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)

16-il Ġurnata: Milan-Juventus (L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)

Matthew Scerri

Sarri f’taħdidiet ma’ Juventus biex jittermina l-kuntratt tiegħu

Juventus probabbli se jkunu qed jiffrankaw il-paga ta’ Maurizio Sarri. Fil-fatt ħabib kbir tiegħu, ċertu Virgili, żvela ma’ Tuttosport li Sarri jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Sarri jixtieq ħafna li l-kwistjoni tkun solvuta malajr sabiex sal-Milied ikun jista’ jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ tim ieħor.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Ottubru 2020

Filmat: Italja-Moldova 6-0

https://www.youtube.com/watch?v=Cf6bPAtnR08

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Ottubru)

Qabża lura lejn l-1978 meta, bħal-lum, Juventus kienu kisbu rebħa kbira fil-kampjonat fuq Verona. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 6-2.

Wasal fi tmiemu l-iżolament ‘fiduciario’ fil-JHotel

L-iżolament ‘fiduciario’ tal-plejers u l-istaff ta’ Juventus fil-JHotel wasal fi tmiemu wara li saru żewġ serje ta’ swab tests fl-aħħar jumejn li taw riżultati negattivi. L-ASL ta’ Turin tat il-permess lill-plejers u l-membri tal-istaff biex jitilqu mill-JHotel u jmorru jkomplu l-iżolament fid-djar tagħhom. Huma se jkunu xorta waħda jistgħu joħorġu biex imorru għat-training fil-jiem li ġejjin.

Matthew Scerri