Genoa-Juventus bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Genoa-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

















Sors: Juventus.com
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Genoa-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

















Sors: Juventus.com
Genoa huma t-tim li kontrih Dybala skurja l-akbar numru ta’ gowls f’partiti tas-Serie A li t-tim tiegħu lagħab barra minn daru. Dak tal-lum kien il-gowl numru ħamsa ta’ Dybala bil-flokk ta’ Juventus fl-Istadio Marassi ta’ Genoa.
Matthew Scerri
Segwi dal-link biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Genoa-Juventus:
https://app.ex.co/stories/surveyj10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-genoa-juventus
Ir-riżultat ta’ Genoa-Juventus hu tassew qarrieq. Il-partita kienet ikkontrollata mill-ewwel sal-aħħar minuta minn Juventus u prattikament intlagħbet kollha f’nofs il-grawnd ta’ Genoa. It-tim ta’ Maran beda jiddefendi bit-tim kollu fil-kaxxa u allura Juventus sabuha diffiċli joħolqu okkażjonijiet ċari ta’ gowl. Fit-Tieni Taqsima Dybala fetaħ l-iskor b’azzjoni personali tassew sabiħa li fakkritna fid-Dybala tal-istaġun li għadda. Ftit wara, imma, bl-aktar mod inkredibbli Genoa kisbu d-draw bl-ewwel azzjoni tal-partita tagħhom f’siegħa logħob. Juventus komplew jippressaw u finalment Cuadrado rebaħ penalty li Ronaldo skurja. Lejn tmiem il-partita, imbagħad Perin waqqa’ lil Morata u Ronaldo reġa’ skurja l-penalty. Tliet punti mistħoqqha. Ħasra imma li Juventus kellhom jitħabtu daqshekk biex jegħlbu lil Genoa. It-tim lagħab tajjeb, biss f’partiti bħal dawn ir-ritmu għandu jkun ferm iktar fast sabiex tpoġġi lill-avversarji f’iktar diffikultà.
GENOA-JUVENTUS 1-3
Skurjaw: Dybala (J), Sturaro (G), Ronaldo (pen.) (J)
Genoa (4-4-2): Perin; Masiello, Goldaniga, Bani, Pellegrini; Lerager, Radovanovic (Caso), Rovella (Pandev), Sturaro (Behrami); Pjaca (Shomurodov), Scamacca (Destro). Kowċ: Maran.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt (Dragusin), Bonucci, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot (Morata), Chiesa (Bernardeschi); Dybala (Kulusevski), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Di Bello.
Karti sofor: Rabiot (J), Goldaniga (G), Bentancur (J), McKennie (J), Perin (G), Bani (G).
Matthew Scerri
Cristiano Ronaldo lagħab il-100 partita tiegħu fil-flokk ta’ Juventus. Hu lagħab 71 partita fis-Serie A, 21 fiċ-Champions League, 6 fil-Coppa Italja u żewġ Finali tas-Super Cup Taljana. B’kollox hu skurja 79 gowl bil-flokk ta’ Juventus.
Matthew Scerri
F’intervista mogħtija lil Bild, Sami Khedira stqarr li ġej minn “perjodu diffiċli” u jrid jerġa’ jibda jilgħab fuq bażi regolari. Għalhekk qed iħares madwaru sabiex minn Diċembru/Jannar jingħaqad ma’ tim ieħor fejn ikollu postu garantit. Khedira ammetta li jinsab f’kuntatt ma’ Ancelotti, biss sostna li kollox jista’ jiġri u finalment it-tim il-ġdid tiegħu jista’ jkun kwalunkwe klabb ieħor.
Matthew Scerri
Genoa (4-4-2): Perin; Masiello, Goldaniga, Bani, Lu. Pellegrini; Lerager, Radovanovic, Rovella, Sturaro; Pjaca, Scamacca.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Cristiano Ronaldo.
Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Sassuolo-Benevento 1-0
Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.
Crotone-Spezia 4-1
Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.
Torino-Udinese 2-3
Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Lazio-Verona 1-2
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.
Cagliari-Inter 1-3
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.
Atalanta-Fiorentina 3-0
Bologna-Roma 1-5
Napoli-Sampdoria 2-1
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.
Genoa-Juventus 1-3
Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.
Milan-Parma 2-2
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Diċembru 2020.




Aħbar tassew tal-mistħija hekk kif sar magħruf li waqt li fil-belt ta’ Vicenza kien għaddej il-funeral ta’ Paolo Rossi, xi ħalliel jew ħallelin daħlu fid-dar tiegħu f’Bucine, fir-reġjun tat-Toscana, u serqu xi affarijiet. Skont l-Ansa fost l-affarijiet misruqin hemm anki arloġġ personali ta’ Rossi.
Matthew Scerri