Kif x’aktarx se jilagħbu Genoa u Juventus

Genoa (4-4-2): Paleari; Ghiglione, Goldaniga, Bani, Masiello; Lerager, Behrami, Sturaro, Pellegrini; Scamacca, Shomurodov.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, Bonucci, Alex Sandro; Kulusevski, Bentancur, McKennie, Chiesa; Ronaldo, Dybala.

Sors: Sportmediaset

Il-plejers mgħajta għal Genoa-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Genoa huma:

Gowlers: Szczesny, Buffon, Israel
Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca

Matthew Scerri

Il-100 partita ta’ Ronaldo ma’ Juventus

Genoa-Juventus se tkun il-100 partita ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus. Fid-99 partita li lagħab s’issa, Ronaldo skurja 77 gowl. Interessanti li f’dawn it-tliet snin ma’ Juventus, Ronaldo dejjem skurja kull darba li lagħab kontra tim minn Genova (Genoa jew Sampdoria).

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Diċembru 2020.

Coccolo ġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Id-difensur ta’ Juventus Under 23, Luca Coccolo ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Hu se jkompli jilgħab mal-Bianconeri sal-2023.

Matthew Scerri

Ronaldo fost it-tliet kandidati għar-rebħ tal-premju The Best Fifa Men’s Player 2020

Tħabbru t-tliet finalisti għall-premju tal-The Best Fifa Men’s Player 2020. It-tliet finalisti huma Cristiano Ronaldo, Leo Messi u Robert Lewandowski. Għal darb’oħra Ronaldo hu mal-aqwa tlieta tad-dinja.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Morata jista’ jilgħab kontra Genoa

Intlaqa’ l-appell imressaq minn Juventus dwar is-sospensjoni ta’ 2 partiti partiti lil Alvaro Morata wara t-tkeċċija fi tmiem Benevento-Juventus. Ġie stabbilit li Morata għandu jkun sospiż għal partita waħda biss u jiġi mmultat 8000 Ewro. Morata skonta l-partita sospensjoni kontra Torino u għaldaqstant se jkun jista’ jilgħab nhar il-Ħadd kontra Genoa.

Matthew Scerri

Alaba qed jitlob wisq!

Skont OK Diario, David Alaba qed jitlob paga fenomenali ta’ 20 miljun Ewro fis-sena. Hu se jkun free-agent minn Frar ‘il quddiem u se jkun jista’ jinnegozja ma’ min irid. Diffiċli, però, li fiċ-ċirkustanza li ninsabu fihom bħalissa Alaba jsib klabb lest jissodisfa t-talbiet tiegħu.

Matthew Scerri