Magħrufa t-timijiet kollha li għaddew għar-Rawnd li jmiss taċ-Champions League

Wara l-partiti tal-bieraħ issa sirna nafu l-ismijiet tat-timijiet li għaddew għall-fażi tan-knock-out taċ-Champions League:

L-ewwel urna: Bayern Munich, Real Madrid, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Borussia Dortmund, Juventus, PSG.

It-tieni urna: Atletico Madrid, Borussia Monchengladbach, Porto, Atalanta, Sevilla, Lazio, Barcellona, RP Leipzig.

Matthew Scerri

Ħalliena Paolo Rossi

Dal-lejl tħabbret il-mewt ta’ Paolo Rossi fl-età ta’ 64 sena. L-eks attakkant ta’ Juventus, li jibqa’ magħruf għall-wirjiet kbar tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-1982, kien ilu xi żmien jiġġieled battalja mal-marda qerrieda tal-kanċer.

Strieħ fis-Sliem, Pablito!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Diċembru 2020.

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Diċembru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għas-sena 1992 meta bħal-lum Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Sigma Olomouc. Il-Bianconeri rebħu 5-0 bil-gowls ta’ Vialli (2), Ravanelli, Moeller u Casiraghi.

Aktar rekords għal Buffon

Fl-età ta’ 42 sena u 10 xhur, Gigi Buffon hu t-tieni l-ixjaħ plejer li qatt lagħab fiċ-Champions League. L-ixjaħ wieħed li qatt lagħab hu Marco Ballotta li kien iddefenda l-lasti ta’ Parma fl-età ta# 43 sena.

Buffon hu l-uniku plejer li rnexxilu jilgħab minn tal-inqas partita waħda f’erba’ deċenji konsekuttivi. Insomma, mhux ta’ b’xejn hu leġġenda!

Matthew Scerri

Pogba jista’ jingħaqad ma’ Juventus bi bdil ma’ …

Skont Daily Mail, Manchester United lesti jilqgħu t-talba ta’ Mino Raiola biex Pogba jingħaqad ma’ tim ieħor. Hu probabbli li huma jkunu lesti jaċċettaw bdil ta’ plejers ma’ Juventus. Il-bdil se jkun x’aktarx bejn Pogba u Dybala.

Matthew Scerri

Għadha għaddejja l-investigazzjoni b’rabta mal-eżami ta’ Suarez

Tkompli għaddejja l-investigazzjoni tal-Procura ta’ Perugia dwar l-allegat tbagħbis fl-eżami ta’ Suarez. Qed ikun irrapurtat li l-investigazzjoni tista’ tieħu sa massimu ta’ erba’ xhur oħra. Jidher li l-Maġistrat għandu f’idejh xi email li uffiċċjali tal-Università ta’ Perugia bagħtu lil Suarez. Fl-emails hemm id-domandi li kienu se jagħmlulu u t-tweġibiet li kellu jagħti. L-investigazzjoni qed tipprova tistabilixxi kienx hemm xi ħaġa irregolari li wasslet biex Juventus f’daqqa waħda għażlu li jwaqqfu n-negozjati ma’ Suarez u ħadu attakkant ieħor. Fi kliem ieħor se jkun stabbilit jekk kinitx biss għażla sportive jew inkella kienx hemm xi ħaġa warajha.

Matthew Scerri

Sarri minflok Gasperini?

Qed ikun hemm ħafna xnigħat li Gasperini tefa’ r-riżenzja tiegħu minn kowċ ta’ Atalanta wara li kellu argument ma’ Gomez u Ilicic. Illejla mistennija tkun l-aħħar partita tiegħu ma’ Atalanta. Minflok qed jissemma Maurizio Sarri, aħbar tajba għal Juventus li hekk ikunu ffrankaw l-paga tal-kowċ għal sena u nofs.

Matthew Scerri