Il-poloz taċ-Champions League fl-14 ta’ Diċembru

Il-poloz tal-fażi tan-knock-out tal-Uefa Champions League se jittellgħu nhar it-Tnejn 14 ta’ Diċembru f’nofsinhar. Dakinhar Juventus se jkunu fl-ewwel urna peress li rebħu l-grupp u se jkollhom bħala avversarju wieħed mit-timijiet li spiċċaw fit-tieni post fil-gruppi l-oħra. Mhux se jkun possibbli li Juventus jittellgħu kontra tim Taljan ieħor.

Matthew Scerri

Barcellona-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Barcellona-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Buffon: “Rebħa li timlina b’fiduċja”

https://www.youtube.com/watch?v=ZeB4AKF2PDQ

Uffiċjali: Kif se jibdew Barcellona u Juventus

Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Araujo, Lenglet, Alba; Pjanic, De Jong; Trincao, Messi, Pedri; Griezmann.

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado, Arthur, McKennie, Ramsey; Morata, Ronaldo.

Pinsoglio sospiż għal partita waħda

Carlo Pinsoglio ġie sospiż għal partita waħda u mmultat 5,000 Ewro talli wara l-gowl ta’ Bonucci naqas mir-rispett bi kliemu fil-konfront tar-referee.

Matthew Scerri

Sena wara Buffon mill-ewwel minuta fiċ-Champions League

Illejla Gigi Buffon se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Barcellona. L-aħħar darba li hu beda mal-ewwel ħdax ta’ Juventus f’partita taċ-Champions Leaguejueb fil-11 ta’ Diċembru 2019 kontra Bayer Leverkusen. Sena wara, insomma, Buffon se jibda f’partita ta’ kompetizzjoni Ewropea. Għalih se tkun anki l-partita numru 675 bil-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri