Camavinga jrid jitlaq lil Rennes
AS qed jirrapurtaw li Eduardo Camavinga għarraf lill-aġent tiegħu li x-xewqitu hi li jitlaq lil Rennes fi tmiem l-istaġun. L-aġent qed jaħdem biex dix-xewqa ssir realtà. Juventus u Real Madrid huma fost l-aktar interessati fih. Il-prezz li qed jissemma li Rennes se jkun qed jitolbu hu ta’ bejn 60 u 70 miljun Ewro.
Matthew Scerri
Raiola: “Hu possibbli li Pogba jirritorna ma’ Juventus”
Tuttosport illum ippubblikat l-intervista lil Raiola li ilha tiġi mħabbra mill-bieraħ u li fiha l-aġent jistqarr li Paul Pogba se jitlaq lil Manchester United. Fl-intervista Raiola jiddikjara wkoll li hu possibbli li Pogba jirritorna ma’ Juventus.
Matthew Scerri
Mistrieħ għal De Ligt
Matthijs De Ligt illejla mhux mistenni jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Barcellona. Pirlo spjega li l-Olandiż għandu bżonn ftit tal-mistrieħ wara li lagħab ħames partiti konsekuttivi. Fil-qalba tad-difiża ta’ Juventus se jkun hemm għaldaqstant Danilo u Bonucci.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Diċembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Diċembru 2020.




Kif x’aktarx se jilagħbu Barcellona u Juventus
Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Mingueza, Lenglet, Jordi Alba; Pjanic, Alena; Messi, Griezmann, Pedri; Braithwaite.
Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Danilo, Bonucci, Alex Sandro; Ramsey, Arthur, McKennie, Chiesa; Ronaldo, Morata.
Sors: Sportmediaset
Stieler se jmexxi Barcellona-Juventus
L-Uefa għażlet lil Tobias Stieler sabiex imexxi l-konfront bejn Barcellona u Juventus. Din se tkun it-tielet darba li r-referee Ġermaniż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus fiċ-Champions League. Fid-darbtejn ta’ qabel Juventus kienu għelbu lil Olympiacos 2-0 fl-2017 u tilfu kontra l-Young Boys fl-2018.
Matthew Scerri
Raiola: “Pogba mhuwiex kuntent ma’ Manchester United. L-aħjar ħaġa hi li jitlaq”
F’intervista mogħtija lil Tuttosport, Mino Raiola sostna: “Pogba mhuwiex kuntent ma’ Manchester United. Mhux qed jirnexxilu jesprimi ruħu kif jixtieq u kif wieħed jistenna minnu. Għandu bżonn jibdel it-tim. Għandu kuntratt li jiskadi sena u nofs oħra, fis-sajf tal-2022, imma naħseb li l-aħjar soluzzjoni għal kulħadd hi li jinbigħ. Inkella l-klabb ta’ Old Trafford, li miegħu r-relazzjoni hi tajba ħafna, jaf sew li jirriskja li jitilfu b’xejn peress li bħalissa mhix fl-intenzjoni tal-plejer li jġedded il-kuntratt.”
Matthew Scerri

