Pjanic: “Juventus għadhom f’qalbi”

Miralem Pjanic stqarr pubblikament li jinsab xi ftit deluż peress li qed jilgħab ftit, żgur inqas minn kemm ħaseb u jħoss li ħaqqu. Fi kliemu, hu ma jistax jifhem għalfejn qed jilgħab daqstant ftit. Pjanic żied: “Juventus għadhom f’qalbi. Insegwihom kull meta nista’. Ħasra li ma stajniex nilagħbu quddiem in-nies f’Turin. Nawgura l-aqwa affarijiet lil Juventus, anki jekk għada rridu nirbħu.”

Matthew Scerri

Raiola: “L-istorja ta’ Pogba ma’ Manchester United spiċċat”

Mino Raiola stqarr bla tlaqlieq li l-istorja ta’ Paul Pogba ma’ Manchester United waslet fi tmiemha. Dan ifisser li hu se jkun qed jaħdem għat-trasferiment ta’ Pogba ma’ klabb ieħor. Ovvjament s’issa mhuwiex magħruf meta t-trasferiment se jseħħ u ma’ liema tim se jkun qed jilgħab Pogba.

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Barcellona

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Barcellona huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon
Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Torino. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 55% tal-voti, segwit minn Chiesa b’26% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Diċembru)

Fil-1988, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Uefa kontra Liegi. Il-Bianconeri rebħu 1-0 b’gowl ta’ Altobelli.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għalfejn tkeċċa Pinsoglio?

Skont rapporti mhux uffiċjali li qed jidhru fuq xi siti online, Carlo Pinsoglio tkeċċa wara l-gowl ta’ Bonucci għax għajjat lejn ir-referee: “Ħassrilna anki dan!”. Ma nafux jekk huwiex veru, biss hu żgur li Orsato sema’ jew ra xi ħaġa li ma għoġbitux. Pinsoglio ġie muri l-karta l-ħamra u għaldaqstant se jeħel żgur sospensjoni ta’ żewġ partiti. Jista’ jkun li jeħel iktar minn żewġ partiti jekk l-Imħallef tal-Isport iqis bħala gravi dak li Pinsoglio qal jew għamel.

Matthew Scerri

Dembélé wkoll se jitlef Barcellona-Juventus

Dembélé mhux se jkun qed jilgħab kontra Juventus nhar it-Tlieta. Hu fil-fatt sofra injury muskolari u se jkollu jitlef il-partita. Apparti Dembélé, Barcellona se jkollhom neqsin lil Piqué, Ansu Fati u Sergi Roberto. Umtiti, mill-banda l-oħra, jidher qrib li jirkupra mill-injury.

Matthew Scerri

Rekord għal Pirlo

Andrea Pirlo hu l-ewwel kowċ debuttanti bla telfa fl-ewwel għaxar partiti tas-Serie A. Din hi statistika marbuta mal-era tat-tliet punti fis-Serie A, jiġifieri mill-1994/95 ‘l quddiem. Qatt ħadd qabel Pirlo ma kien irnexxilu jibqa’ bla telfa fl-ewwel għaxar partiti tal-esperjenza tiegħu bħala kowċ

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tal-10 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Spezia-Lazio 1-2

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Juventus-Torino 2-1

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Inter-Bologna 3-1

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.

Verona-Cagliari 1-1

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Parma-Benevento 0-0

Roma-Sassuolo 0-0

Udinese-Atalanta 1-1

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Crotone-Napoli 0-4

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Sampdoria-Milan 1-2

It-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Fiorentina-Genoa 1-1

Matthew Scerri