Aktar Dlam
Waqghet dalma kbira fuq dan it-tim izda l-affarijiet dejjem jiccaraw aktar x’ghandha tkun it-triq lejn il-futur.
Ergajna rajna loghba terribli ohra fil-prestazzjoni kemm tattika u kemm fizika. Il-pozittiv li ghamilna ghattejnieh kollu b’dawn l-ahhar partiti mill-empoli sal-verona. X’hemm xi nghidu fuq il-loghba kontra verona hlief li tahsbek qed tilghab kontra xi real madrid ghax hekk qed ingibuhom kull avversarju medjokri li kontrih missna naghmlu sessjoni ta’ training.
Ergajna qeghdin naraw players bla motivazzjoni, players li ma jirbhux ballun f’kull parti tal-pitch, players li lanqas kapaci jtellghu azzjoni denja u players imbezza minn kull avversarju. Verona ukoll grew it-triplu taghna u din hija ukoll xi haga gravi. Tghiduli wasal gowl ta’ l-istampi li tefa lil verona fil-vantagg u vera! Izda innotaw lill-players taghna fejn kienu f’dak il-mument, ezattament hdax gol-kaxxa z-zghira!!
Lanqas l-icken ideja ta’ pressing tul il-partita kollha, lanqas l-icken reazzjoni bejn l-ewwel u t-tieni taqsima, tibqa ghaddejja l-istess monotonija u telqa fil-players kollha u filfatt verona regghu marru fil-vantagg. Dan huwa sinjal car li l-kowc mhuwiex jirnexxilu jqanqal reazzjoni f’ dawn il-players u dan huwa gravissimu.
Nafu li l-maggor parti tal-kritika thoss li Juventus ghandhom bzonn bidla mhux biss f’certa players izda wisq aktar dik teknika li totalment baqat bl -istess idejat u illum nghid li Allegri ghadu jahseb li ghandu lil Pjanic, Khedira jew Pirlo u Vidal fl-iskwadra li ta’ players ta’ klassi li huma kienu jghattu hafna mil-idejat tieghu.
Tafu li jien mhux biss kritikajt lil Allegri fil-passat izda anka fahhartu tal-mod li mexxa tim u socjeta f’mument delikat hafna izda jiddispjacini nghid illum nhoss li ghandu jinbidel illum qabel ghada qabel ikun tard wisq ghaliex qieghed nara tim li mhux qed isegwih u mhux motivat. Qed nara lilu minghajr ideat, dejjem l-istess mossi u kliem u problemi ta’ kull sena, ghalhekk b’dispjacir nghid ghandu jitnehha qabel jieqaf dan il-kampjonat u qabel l-affarijiet jigravaw aktar ghaliex li nigu ma’ l-ewwel erba huwa krucjali izda xejn mhu garantit ghalhekk jehtieg li s-socjeta tintervjeni qabel nibqghu nezlin n-nizla tad-dlam.
FORZA JUVE DEJJEM
Din hija r-realta
Nahseb li lbierah kif spiccat il-partita bhali saqsejtu lilkom infuskom tghid hlomna wisq? Tghid rajna kbir kollha kemm ahna? Jew forsi tant ma’ stennejniex li sa 3 gimghat ilu konna vera protagonisti fil-pozittiv li gelghuna nahsbu hekk?
Sfortunatament kontra udinese li nahseb kienet l-ghar partita ta’ l-istagun minghajr l-ebda ideja u sistema ta’ loghob u minghajr ebda determinazzjoni bi players li hasbu li qeghdin jilghabu xi partita ta’ hbiberija fis-sajf!
Ergajna rajna il-Juventus tal-istagun li ghadda letteralment konfuzi u bla koncentrazzjoni, b’midfield li rega waqa f’monotonija kbira bl-ebda player ma’ jsalva minn kritika u voti baxxi. Nibqa nghid li f’daqqa wahda gara xi haga nternament ghaliex l-affarijiet tbiddlu ghal ghar u regghet dahlet fragilita kbira fl-iskwadra.
Tghid internament diga harget ufficjalment it-tmiem ta’ l-era Allegri u xi players diga tilfu kull aptit li kellhom biex forsi naghmlu xi haga kbira? Li wasalna ghal bidla teknika ilna nghidu u issa tidher cara aktar minn qatt qabel li zgur li ghandna bzonna. Jien lil Allegri filwaqt li ntih il-meriti tieghu ukoll izda ma’ nahfirlux il-mentalita wisq konservattiva tieghu.
Il-bierah in-nuqqas fl-attak deher bil-kbir apparti certu ghazliet teknici tieghu li bqajt ma’ fhimtx bhal Alex Sandro u Rugani barra, bhal Yildiz mhux mibdi mill-bidu, bhal Chiesa aktar punta milli mal-linji u l-konfuzjoni ta’ players jahbtu ma’ xulxin fil-grawnd. Biex ma’ nsemmux id-dhul ta’ Cerri li hu attakant twil u taqla lil Chiesa l-uniku li setgha waddablu cross!
Imbaghad xi nghidu ghal midfield! Rega f’monotonija tal-biza fejn hadt minnhom ma’ jindenja jibda azzjoni denja, mohhna fil-passes lura u biex ndawru l-ballun b’lentezza kbira li l-avversarji letteralment rebhu kull ballun tul il-partita kollha. Ma’ nsalva lil hadd minnom, Locatelli inezistenti, Mckennie rega teknikament ma’ jaqbizx player ghalkemm generuz, Rabiot rega sparixxa u tahsbu rieqed fil grawnd u fl-ahhar u mhux anqas Weah li jilghab ghax kunjomu Weah, imbaghad player gdid diga tajnih il-genb basta gibnih! B’garanzija li Allegri ma’ kienx jaf bih.
Din hi r-realta taghna u nispera li ghalmenu nibzghu ghal-ewwel erba postijiet ghaliex dan hu zmien krucjali u flok ghafasna aktar immolajna totalment u hi hasra kbira.
FORZA JUVE DEJJEM