L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Diċembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Diċembru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Diċembru 2020.




Juventus huma allegatament interessati ferm fl-akkwist ta’ Douglas Luiz, midfielder ta’ Aston Villa. Manchester City għandhom id-dritt tar-recompra fuqu għall-prezz ta’ 28 miljun. Juventus qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tiegħu u jekk ic-Citizens jagħżlu li ma jixtruhx, il-Bianconeri lesti jressqu offerta għalih.
Matthew Scerri
Juventus lura għat-tliet punti fis-Serie A wara battikata kbira kontra Torino. Fl-Ewwel Taqsima Juventus kienu konfużjonarji, bla ħeġġa u prattikament bilkemm dehru fil-grawnd. Torino mhux biss marru fil-vantaġġ imma anki marru qrib divers idrabi li jiskurjaw gowl ieħor. Fit-Tieni Taqsima Juventus kienu kemxejn aħjar. Cuadrado u Chiesa lagħbu tassew bil-qalb u kaxkru magħhom lit-tim għal rimonta bil-gowls ta’ McKennie u Bonucci. Lil hinn mir-rebħa t-tim Juventin fadallu ħafna ħafna difetti xi jsewwi. L-impressjoni hi li ż-żmien għaddej u mhu qed isir xejn biex jissolvew il-problemi tat-tim. Illum, apparti r-riżultat u l-wirjiet ta’ Cuadrado/Chiesa, ma tantx hemm wisq biex tieħu pjaċir. Hemm bżonn bidla radiklai f’dat-tim biex ikun verament jista’ jimmira għar-rebħ ta’ unuri.
JUVENTUS-TORINO 2-1
Skurjaw: Nkoulou (T), McKennie (J), Bonucci (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo (Alex Sandro); Kulusevski (Ramsey), Bentancur, Rabiot (McKennie), Chiesa; Dybala (Bernardeschi), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Torino (3-5-2): Sirigu; Nkoulou, Lyanco, R. Rodriguez; Singo, Meité, Rincon, Linetty (Segre), Ansaldi (Bonazzoli); Zaza (Lukic), Belotti. Kowċ: Giampaolo.
Referee: Orsato.
Karti sofor: Kulusevski (J), Lyanco (T), De Ligt (J), Lukic (T), Cuadrado (J).
Karta ħamra: Pinsoglio (J)
Matthew Scerri
Segwi dal-link biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino:
https://app.ex.co/stories/matthews102/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-torino
“Ninsab trankwill.” Hekk stqarr Paratici qabel Juventus-Torino meta kien mistoqsi dwar il-każ ta’ Suarez. Hu sostna li l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċarissima wara l-istqarrija tal-bieraħ. Mistoqsi dwar telefonata li hu kien għamel lill-Ministru Paolo De Micheli biex jitlob informazzjonijiet dwar il-proċedura tal-ksib taċ-ċittadinanza Taljana, Paratici spjega li hu ilu żmien twil jaf lill-Ministru. Sostna li jafu lil xulxin sa minn meta kienu tfal peress li twieldu u għexu fl-istess belt. Paratici temm jgħid: “Li ssaqsi għal informazzjoni mhuwiex reat.”
Matthew Scerri