X’qal Paratici dwar il-każ ta’ Suarez

“Ninsab trankwill.” Hekk stqarr Paratici qabel Juventus-Torino meta kien mistoqsi dwar il-każ ta’ Suarez. Hu sostna li l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċarissima wara l-istqarrija tal-bieraħ. Mistoqsi dwar telefonata li hu kien għamel lill-Ministru Paolo De Micheli biex jitlob informazzjonijiet dwar il-proċedura tal-ksib taċ-ċittadinanza Taljana, Paratici spjega li hu ilu żmien twil jaf lill-Ministru. Sostna li jafu lil xulxin sa minn meta kienu tfal peress li twieldu u għexu fl-istess belt. Paratici temm jgħid: “Li ssaqsi għal informazzjoni mhuwiex reat.”

Matthew Scerri

Filmat: L-isbaħ 10 gowls Juventini fid-Derby ta’ Turin

Il-plejers Juventini mgħajta għad-Derby

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għad-Derby huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Israel,

Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski

Attakkanti: Ronaldo, Dybala, Da Graca.

Matthew Scerri

Liema huma l-akkużi li qed jittressqu fil-konfront ta’ Paratici

Juventus FC ikkonfermaw li Fabio Paratici jinsab taħt investigazzjoni mill-Qorti ta’ Perugia u rċieva Informazione di garanzia. Hu qed ikun investigat u jista’ jkun mixli fil-Qorti li kiser l-artiklu 371 bis tal-Kodiċi Penali. Fi ftit kliem nistgħu ngħidu li għalissa Paratici qed ikun akkużat li ma għaddhiex l-informazzjoni kollha jew gideb lill-Maġistat b’rabta mal-każ tal-allegat tbagħbis fl-eżami tat-Taljan ta’ Suarez. S’issa la Paratici u lanqas Juventus FC għadhom ma ġewx akkużati li kellhom sehem dirett fil-manuvri li saru biex Suarez jingħata għajnuna  biex jgħaddi mill-eżami u jikseb iċ-ċittadinanza Taljana.

Matthew Scerri

Filmat: Intervista lil Pirlo lejlet id-Derby

https://www.youtube.com/watch?v=0yBmV3o-3ww

PSG lesti joffru lil Icardi bi tpartit ma’ Dybala

Rapporti minn Franza qed isostnu li PSG huma interessati b’saħħa li jiksbu lil Paulo Dybala. Fil-pjanijiet tagħhom hemm li joffru lil Juventus tpartit bejn Dybala u Icardi. Min-naħa tiegħu Icardi mhuwiex kontra li jirritorna fis-Serie A. Ma nafux imma kif jaħsibha Dybala.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Diċembru 2020.