Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Diċembru)

Nhar l-4 ta’ Diċembru 1994 intlagħbet il-partita leġġendarja Juventus-Fiorentina 3-2. Kulħadd jiftakr b’mod partikolari l-ġmiel ta’ gowl skurjat minn Del Piero, liema gowl kien ivvutat bħala l-isbaħ wieħed tal-120 sena ta’ Juventus.

Injury ieħor għal Demiral

Demiral sofra injury muskolari ieħor. Hu talab li jinbidel waqt Juventus-Dynamo minħabba li beda jħoss fastidju muskolari. Illum sarulu xi testijiet u rriżulta li l-injury mhuxiwex gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li għaxart ijiem oħra se jsirulu xi testijiet oħra.

Matthew Scerri

Id-Derby ta’ Turin. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Nhar is-Sibt se jintlagħab id-Derby della Mole numru 202 fl-istorja. S’issa kellna 89 rebħa miksuba minn Juventus, 56 draw u 56 telfa. Komplessivament Juventus skurjaw 300 gowl fil-201 derbies li ntlagħbu s’issa, u qalgħu 238 gowl.

Jekk inħarsu lejn il-konfronti tas-Serie A biss, insibu li s’issa kien hemm 150 Derby, b’72 rebħa għal Juventus (kważi nofs il-partiti!), 43 draw u 35 rebħa għal Torino. Minn dal-150 partita, 75 intlagħbu b’Juventus bħala l-home team. Iktar minn nofshom intrebħu minn Juventus (39), b’20 draw u 16-il rebħa biss għal Torino. L-aħħar rebħa ta’ Torino f’Derby b’Juventus bħala home team tmur lura għas-sena 1995, jiġifieri 25 sena ilu! L-iktar plejer Juventin li lagħab fid-Derby ta’ Turin hu Scirea (13-il partita), filwaqt li Boniperti hu dak li skurja l-aktar (8 gowls).

Matthew Scerri

L-ewwel darba għal żewġ raġunijiet

Il-gowl kontra Dynamo Kiev mhuwiex biss storiku għax hu l-ewwel wieħed li Chiesa skurja bil-flokk ta’ Juventus. Dal-gowl hu storiku minħabba li għall-ewwel darba missier u iben Taljan skurjaw fiċ-Champions League. Ovvjament fi snin differenti għax illum Enrico Chiesa ilu rtirat mill-futbol. Chiesa junior kellu tassew wirja tajba kontra Dynamo Kiev u apparti l-gowl tiegħu kien involut anki fil-gowls ta’ Ronaldo u Morata. Kulma jmur hu qed juru dejjem iktar li hu plejer tal-livell ta’ Juventus u, għalkemm fadallu ħafna x’jitgħallem, diġà qed ikun determinanti għall-Bianconeri.

Matthew Scerri

Pirlo: “Sodisfatt!”

https://www.youtube.com/watch?v=jLug23kqp3Y

Juventus-Dynamo Kiev 3-0

L-ewwel gowl ta’ Chiesa u s-750 gowl fil-karriera ta’ Ronaldo. Żewġ gowls storiċi li magħhom irridu nżidu gowl ieħor ta’ Morata. Juventus kisbu rebħa faċli f’partiti li kkontrollaw u ddominaw tul id-disgħin minuta. Chiesa kellu wirja tassew tajba u kien involuti fit-tliet gowls tal-partita. Ronaldo u Morata huma dejjem iktar koppja li qed taqbel u li kapaċi tkisser lid-difiża avversarja. Meta Juventus jirnexxilhom jilagħbu hekk, il-veru fihom pjaċir!

JUVENTUS-DYNAMO KIEV 3-0

Skurjaw: Chiesa (J), Ronaldo (J), Morata (J)

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral (Dragusin), Bonucci (Danilo), De Ligt; Chiesa (Kulusevski), Bentancur (Arthur), McKennie, Alex Sandro; Ramsey (Bernardeschi); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Dynamo Kiev (4-3-3): Bushchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov, Mykolenko (Karavaev); Shepeliev (Harmash), Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov (Lednev), Verbic (Supryaha), Rodrigues (De Pena). Kowċ: Lucescu.

Referee: Frappart.

Karti sofor: Zabarnyi (D), Bentancur (J), Shaparenko (D).

Matthew Scerri