Morata sospiż għal żewġ partiti

Alvaro Morata ġie sospiż għal żewġ partiti fis-Serie A. Hu qala’ karat safra wara li r-referee Pasqua saffar tmiem il-partita Benevento-Juventus. Morata baqa’ jipprotesta mar-referee u qal kliem mhux xieraq. Għaldaqstant ġie muri karta ħamra u issa weħel sospensjoni ta’ żewġ partiti.

Matthew Scerri

Injury ieħor għal Chiellini

Giorgio Chiellini sofra injury muskolari ieħor waqt is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet il-partita kontra Dynamo Kiev. Hu kważi żgur li, apparti l-partita t’għada, se jkollu jitlef anki d-Derby ta’ Turin.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Diċembru 2020.

De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Benevento-Juventus

Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Benevento u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 35% tal-voti, segwit minn Morata b’24% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Chiesa b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Ronaldo jrid lil Neves ma’ Juventus

Don Balon qed isostnu li Cristiano Ronaldo qed jagħmlu pressjoni biex Juventus jixtru lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Wolves, Ruben Neves. Il-prezz tiegħu hu ta’ 50 miljun Ewro. Tajjeb ngħidu li Neves ilu snin jissemma ma’ Juventus u issa jidher li laħaq il-maturità meħtieġa biex jilgħab fi klabb importanti.

Matthew Scerri

Giroud għadu fil-mira ta’ Juventus u Inter

F’Jannar hu probabbli li Juventus se jippruvaw jixtru attakkant ieħor. L-isem li qed isir hu mill-ġdid ta’ Olivier Giroud. Juventus u Inter għadhom iriduh wara li għamlu tentattiv fis-sajf li għadda biex jixtruh. Chelsea, min-naħa tagħhom, jidhru lesti li jbigħuh.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tad-9 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Sassuolo-Inter 0-3

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Juventus 1-1

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Atalanta-Verona 0-2

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Lazio-Udinese 1-3

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Bologna-Crotone 1-0

Milan-Fiorentina 2-0

Cagliari-Spezia 2-2

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Napoli-Roma 4-0

It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 6.30 p.m.

Torino-Sampdoria 2-2

It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Genoa-Parma 1-2

Matthew Scerri

Chiellini u Demiral lura għat-training mat-tim

Chiellini u Demiral illum ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u għaldaqstant jidhru li rkupraw mill-injuries li sofrew fl-aħħar perjodu. Issa wieħed irid jara jekk Pirlo huwiex se jirriskjahom nhar l-Erbgħa kontra Dynamo, partita li sostanzjalment mhix wisq importanti minħabba li Juventus diġà għaddew għar-rawnd li jmiss, jew inkella jippreferixxix jagħtuhom ftit iktar jiem ta’ training u jilgħabhom fid-Derby.

Matthew Scerri