Daqqa għal Arthur

Il-Brażiljan Arthur jidher li qala’ biss daqqa kontra Atalanta u li m’għandu xejn gravi. Id-daqqa kważi żgur se twasslu biex jitlef il-partita kontra Parma ta’ nhar is-Sibt.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Diċembru)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1972 meta Juventus għelbu lil Vicenza barra minn darhom bil-gowls ta’ Altafini u Anastasi.

Injury gravissimu għal Nicolussi Caviglia

B’xorti ħażina Hans Nicolussi Caviglia sofra injury gravi li se jżommu barra għal sitt xhur. Hu qaċċat il-legamenti ta’ rkoptu waqt seduta ta’ training. Fil-jiem li ġejjin se jkun operat. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Diċembru 2020.

Juventus-Atalanta bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Atalanta. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com