Napoli tilfu l-appell. Konfermata s-sentenza tal-Imħallef tal-Isport

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef tal-Isport. Għaldaqstant Napoli ingħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Lazio-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Lazio u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 24% tal-voti, segwit minn Ronaldo u Rabiot b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Locatelli għadu fil-mira ta’ Juventus

Manuel Locatelli qed ikompli jikkonferma li jinsab lest għal qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu u Paratici hu dejjem iktar konvint li jridu ma’ Juventus. Sassuolo, min-naħa tagħhom, ma tantx jixtiequ jbigħuh f’Jannar biss, skont Calciomercato.com, offerta tajba f’Jannar tista’ tibdlilhom fehemthom. Locatelli qed jingħata valur ta’ 30 miljun, somma li Juventus lesti jonfqu biss il-pagamenti jridu jkunu mqassma fuq numru ta’ snin tipo kif sar għal Morata u għal Chiesa.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Il-Qorti tal-Appell għad trid tiddeċiedi

Il-Qorti tal-Appell semgħet ir-rikors imressaq minn Napoli b’rabta mas-sentenza tal-Imħallef tal-Isport li kkundannahom għal telfa walkover kontra Juventus u punt imnaqqas fil-klassifika. Napoli qed ikomplu jinsistu li huma obdew ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Qorti issa se tkun qed taqta’ s-sentenza fil-jiem li ġejjin. Il-każ hu kumpless ferm u allura s-sentenza teħtieġ żmien ta’ riflessjoni.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Novembru 2020.

Avviż mill-Kumitat

Il-Kumitat javża li reklamar ta’ prodotti kummerċjali mhux permessi li jsiru fil-grupp ta’ Facebook tal-Club. Avviżi bħal dawn huma strettament esklussivi għall-isponsors tal-Club biss. Kull tip ta’ reklamar ieħor jiġi mneħħi. Grazzi

Juventus qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo

Mill-Portugall tasal l-aħbar li fis-sajf 2021 Juventus se jkunu qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo. Fil-pjanijiet hemm tiġdid sal-2023, biss id-deċiżjoni definittiva se tittieħed fi tmiem l-istaġun wara li jkunu ġew meqjusa l-aspetti kollha, tekniċi u finanzjarji, tal-kuntratt il-ġdid.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Illum l-Appell!

Illum se jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mad-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li jagħti telfa walkover li Napoli u unt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus. Jista’ jkun li llum stess ikollna s-sentenza.

Matthew Scerri

Isco, Marcelo u Alaba

Fil-ġimgħat li għaddew kellna diversi aħbarijiet dwar interess min-naħa ta’ Juventus f’Isco, Marcelo u Alaba. It-tnejn ta’ Real Madrid jidhru li mhux se jkunu qed jitilqu lit-tim Spanjol qabel tmiem l-istaġun, minkejja għidut li f’Jannar kienu lesti jsibu tim ġdid. Alaba, mill-banda l-oħra, għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel. Rummenigge appella pubblikament biex Alaba jiddeċiedi x’se jagħmel: “Jekk irid jibqa’ magħna, il-bieb għadu mbexxaq u nistgħu nsibu soluzzjoni. Għalina f’dan l-istadju hu importanti li nkunu nafu x’se jiġri.”

Matthew Scerri

Ronaldo sejjer mat-tim nazzjonali. Chiesa se jibqa’ Turin

Federico Chiesa mhux se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan minħabba l-injury muskolari li sofra. Ronaldo, mill-banda l-oħra, se jmu xorta waħda mal-Portugall u se jkun fid-diskrezzjoni tat-tobba tat-tim nazzjonali jekk jitħalliex jilgħab jew le.

Matthew Scerri