L-400 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus

Lazio-Juventus kienet il-partita uffiċjali numru 400 fil-karriera ta’ Bonucci bil-flokk ta’ Juventus. Intervistata minn Juventus TV, Bonucci stqarr li jħossu “emozzjonat” u żied “nixtieq nilgħab ħafna aktar b’dal-flokk li għalija jfisser kollox.”

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Novembru 2020.

L-ASL twaqqaf lil xi plejers milli jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali

Is-sezzjonijiet reġjonali tal-ASL waqqfu lill-plejers ta’ Lazio, Roma u Fiorentina milli jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali rispettivi minħabba li hemm każijiet ta’ Covid-19 fit-tim tagħhom. Issemma li dan jgħodd anki għall-plejers ta’ Genoa biss ma hemmx konfermi uffiċjali dwar dan. Il-plejers ta’ Sassuolo, imbagħad, iridu jibqgħu kwarantina sa għada, mentri l-plejers ta’ Inter se jkunu jistgħu jivvjaġġaw biss b’titjiriet privati.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Udinese 0-0

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Cagliari-Sampdoria 2-0

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Spezia 0-3

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Parma-Fiorentina 0-0

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Lazio-Juventus 1-1

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Inter 1-1

Genoa-Roma 1-3

Torino-Crotone 0-0

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Bologna-Napoli 0-1

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Verona 2-2

Matthew Scerri

Filmat: Juventus Women-Sassuolo 4-0

https://www.youtube.com/watch?v=sArtY4fOcT4

Bonucci: “Illum rajna l-vera Juve”

https://www.youtube.com/watch?v=3j2oJPRL8gw

Daqqa fl-għaksa għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo kellu joħroġ mill-grawnd kontra Lazio minħabba daqqa fl-għaksa. Ma nafux jekk din hix biss daqqa normali jew inkella jeħtiġx perjodu ta’ waqfien. Fi kliem ieħor għadna ma nafux jekk huwiex se jkun qed jilgħab għall-Portugall fil-ġimagħtejn li ġejjin.

Matthew Scerri

Lazio-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Lazio-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Problema medika għal Dybala

Paulo Dybala mhux se jkun jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Arġentin minħabba problema medika. L-urologu tiegħu orndalu perjodu ta’ mistrieħ sabiex ikun jista’ jsolvi dil-problema. Mhux magħruf x’għandu eżattament. Xi siti qed jirrapurtaw li għandu infezzjoni tal-prostata.

Matthew Scerri