L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Novembru 2020.

Bensebaini fil-mira ta’ Juventus u klabbs kbar oħra

Juventus huma fost it-timijiet li qed isegwu b’interess qawwi lil Ramy Bensebaini ta’ Borussia Monchengladbach. L-Alġerin ġej minn staġuni tajbin ħafna fil-Bundesliga u jidher lest għal qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu. Apparti Juventus hemm anki PSG, Manchester United u Manchester City li jriduh.

Matthew Scerri

Mancini pożittiv għall-Covid-19

Il-ġimgħa d-dieħla se jirriturnaw l-impenji tat-timijiet nazzjonali. Intant tħabbar li Roberto Mancini nstab pożittiv għall-Covid-19. Fil-bidu tad-dieħla t-tim nazzjonali Taljan se jkun immexxi mill-Viċi ta’ Mancini, Evani. Nhar l-Erbgħa, imbagħad, se jsir swab test u skont r-riżultat se nkunu nafu jekk Mancini huwiex se jkun jista’ jieħu postu fil-pitch biex imexxi lill-Azzurri.

Matthew Scerri

Barcellona lesti jbigħu lil Dembélé f’Jannar

Skont Mundo Deportivo Barcellona lesti jikkunsidraw li jbigħu lil Ousmane Dembélé f’Jannar. Il-kriżi tal-Covid-19 qed tinħass għal kulħadd u nafu li t-tmexxija ta’ Barcellona ftit li xejn kienet għaqlija mil-lat finanzjarju fl-aħħar snin. Fil-fatt Barcellona għandhom ħafna dejn u jeħtiġilhom ibigħu xi plejers. Juventus u Manchester United huma l-aktar timijiet li jidhru interessati fl-akkwist ta’ Dembélé.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Novembru)

Il-konfronti bejn Juventus u Milan minn dejjem kienu kkumbattuti ferm. Fis-7 ta’ Novembru 1976 Juventus marru jilagħbu kontra r-Rossoneri barra minn darhom. Milan marru fil-vantaġġ ta’ 2-0 u kollox kien jindika li kienu se jiksbu punti massimi. Madankollu l-grinta Bianconeri wasslet għal rimonta mill-isbaħ u Bettega (doppjetta) u Benetti rnexxilhom idawru r-riżultat favur il-Bianconeri.

Plejers ta’ Lazio l-ewwel pożittivi u wara negattivi għat-test tal-Covid-19

Ikompli t-taħwid fit-tim ta’ Lazio b’rabta mat-testijiet tal-Covid-19. Illum saru rapid tests lill-plejers kollha min-naħa tal-Campus Biomedico ta’ Roma. Fl-istess ħin saru swab tests, dejjem għall-plejers kollha min-naħa tal-Futura Diagnostica ta’ Avellino. Mir-rapid tests irriżulta li kien hemm tliet plejers pożittivi. L-iswab tests, però, taw riżultat ieħor: ħadd mill-plejers mhu pożittiv. F’dan l-istadju għadu mhuwiex magħruf magħriuf jekk dawn it-tlett iplejers humiex realment se jkunu jistgħu jilagħbu nhar il-Ħadd kontra Juventus.

Intant tajjeb infakkru li l-FIGC diġà fetħet inkjesta dwar il-possibbilità ta’ ksur tal-protokoll min-naħa ta’ Lazio meta jista’ jkun li Immobile, Leiva u Strakosha lagħbu minkejja li kienu pożittiv għall-Covid-19.

Matthew Scerri

Khedira b’messaġġ fuq is-social media li juri li ma jridx jitlaq lil Juventus

Sami Khedira jidher li mhux qed ikun effettwat wisq fin-negattiv għall-fatt li Pirlo mhux qed jgħajjatlu għall-partiti ta’ Juventus. Illejla hu tella’ post fuq Twitter fejn jidher li hu qed jittrenja. Il-caption ‘Full Power, Full Caption’ donnha turi li Khedira jinsab konvint li jista’ jibdel il-fehma ta’ Pirlo.

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Ferencvaros-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Ferencvaros u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Lazio qed jittamaw li jirkupraw tlett iplejers

Għada, lejlet Lazio-Juventus, se jsiru l-iswab tests lil kull plejer taż-żewġ timijiet kif jitlob il-protokoll tal-FIGC. Lazio qed jittamaw li Immobile, Leiva u Strakosha ma jirriżultawx pożittiv sabiex ikunu jistgħu jilagħbu kontra Juventus.

Matthew Scerri