Ronaldo fieq mill-Covid!
Juventus ħabbru li finalment Cristiano Ronaldo m’għadux pożittiv għall-Covid-19. Hu fieq u għaldaqstant nhar il-Ħadd se jkun jista’ jirritorna fl-azzjoni kontra Spezia.
Matthew Scerri
Juventus ħabbru li finalment Cristiano Ronaldo m’għadux pożittiv għall-Covid-19. Hu fieq u għaldaqstant nhar il-Ħadd se jkun jista’ jirritorna fl-azzjoni kontra Spezia.
Matthew Scerri
Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Barcellona. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 34% tal-voti, segwit minn Szczesny, Danilo u Cuadrado b’19% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri
Nhar il-Ħadd Juventus u Spezia se jkunu qed jiltaqgħu għall-ewwel darba kontra xulxin fil-kampjonat tas-Serie A. It-timijiet kienu avversarji ta’ xulxin sitt darbiet f’konfronti uffiċjali tal-passat. Erba’ minn dawn kienu ntlagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra kienu tas-Serie B. Interessanti li Juventus qatt ma għelbu lil Spezia f’konfronti uffiċjali. Fil-fatt s’issa kellna 4 partiti li ntemmu f’riżultat ta’ draw, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra ntrebħu minn Spezia.
Matthew Scerri
Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, Marchizza; Agoume, Pobega, Bartolomei; Agudelo, Nzola, Gyasi.
Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Chiellini, Danilo; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Chiesa; Kulusevski; Morata, Ronaldo.
Sors: Sportmediaset
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Ottubru 2020.
Is-sit Todofichajes.com qed jagħti l-aħbar li Real Madrid huma konvinti li jistgħu jirnexxilhom jiffirmaw lil Paulo Dybala. Fil-pjanijiet tagħhom hemm bdil bejn Dybala u Isco, bdil li jista’ jissodisfa liż-żewġ timijiet.
Matthew Scerri
Fit-30 ta’ Ottubru 1977 Renato Curi, midfielder ta’ Perugia, miet b’attakk tal-qalb fil-grawnd wara biss ħames minuti mill-bidu tal-partita Perugia-Juventus. Sal-ġurnata tal-lum l-istadium ta’ Perugia jġib l-isem ta’ dan il-midfieler ta’ 24 sena li d-destin ried li jibqa’ mfakkar għal traġedja personali.
Fit-30 ta’ Ottubru tal-1996 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Rapid Vienna fil-gruppi taċ-Champions League. Dakinhar il-Bianconeri kienu rebħu 5-0 b’doppjetti ta’ Boksic u Del Piero, bil-gowl l-ieħor ikollu l-firma ta’ Montero.