L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Novembru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Novembru 2020.
Il-gazzetta Il Mattino qed tbassar li l-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar. S’issa l-Lega Calcio għadha ma ħabbret xejn dwar is-Super Cup. Li hu żgur hu li dis-sena l-partita mhux se tintlagħab barra l-pajjiż minħabba l-Covid. Probabbli li l-Finali se tintlagħab fl-Olimpico ta’ Ruma jew f’San Siro.
Matthew Scerri
Juventus u PSG huma deċiżi li jippruvaw jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn fis-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Skont El Chiringuito Tv Juventus u PSG qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun Ewro fis-sena.
Matthew Scerri
Wara sena Alvaro Morata se jkun qed jirritorna mat-tim nazzjonali Spanjol. Il-kowċ Luis Enrique se jgħajjatlu għall-partiti kontra l-Iżvizzera u l-Ġermanja bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru. Minn mindu rritorna ma’ Juvnetus, Morata verament jidher li sab mill-ġdid l-aqwa forma tiegħu tant li skurja erba’ gowls f’sitt partiti (apparti dawk kollha li tħassrulu bil-VAR).
Matthew Scerri
Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Ferencvaros. Wara s-sessjoni taħriġ tal-lum Pirlo stqarr li Dybala jinsab tajjeb biss jeħtieġ ftit tal-mistrieħ wara li lagħab tliet partiti konsekuttivi.
Matthew Scerri
Lejlet il-parita kontra Ferencvaros, Giorgio Chiellini ttrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu. Hu rkupra mill-injury tiegħu u ġie mgħajjat minn Pirlo għall-partita kontra l-Ungeriżi. Probabbli li Chiellini se jkun qed jilbda mil-ewwel minuta minflok Demiral li jinsab sospiż.
Matthew Scerri
Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Spezia u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Morata b’18% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri