Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Ottubru)
Nestor Combin bħal-lum fl-1967 kien l-eroj ta’ Juventus bi tripletta fid-Derby. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.
Nestor Combin bħal-lum fl-1967 kien l-eroj ta’ Juventus bi tripletta fid-Derby. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.
Giorgio Chiellini m’għandu xejn gravi u mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta xejn li qed iħasseb partikolarment lit-tobba ta’ Juventus. Hu se jkun segwit mit-tobba ta’ Juventus biex jifhmu meta se jkun jista’ jirritorna għat-training normali. Fl-istqarrija ta’ Juventus ma hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra, biss xi siti qed jirrapurtaw li se jibqa’ wieqaf għal madwar għaxart ijiem.
Matthew Scerri
Sarri u Allegri, l-aħħar żewġ kowċis li rebħu s-Serie A ma’ Juventus, daqt mistennija jwaqqfu l-perjodu sabbatiku tagħhom biex jieħu f’idejhom it-tmexxija ta’ tim ġdid. Nafu li Sarri jinsab f’negozjati ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt tiegħu u wara x’aktarx se jkun qed jieħu post Iachini ma’ Fiorentina. Allegri mill-banda l-oħra qed jerġa’ jissemma’ ma’ PSG speċjalment wara li lbieraħ tilfu kontra Manchester United.
Matthew Scerri
Pique se jitlef il-partita Juventus-Barcellona wara li tkeċċa fil-partita kontra Fernecvaros. Hu se jkun sospiż u allura mhux se jkun jista’ jilgħab bħal-lum ġimgħa fl-Allianz Stadium.
Matthew Scerri
Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu jekk Ronaldo fieqx mill-Covid-19 u fl-istess ħin insiru nafu jekk huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona bħal-lum ġimgħa. Fil-fatt illum se jsirlu swab test ieħor. Infakkru li skont il-protokoll tal-Uefa, plejer ikun jista’ jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej jekk ikun ilu ġimgħa negattiv għall-virus.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Ottubru 2020.
Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1999 meta Juventus għelbu barra minn darhom lil Levski Sofia fit-Tazza Uefa. Kovacevic (2) u Oliseh skurjaw il-gowls Bianconeri fir-rebħa ta’ 1-3.