Il-prezz ta’ Dembélé

L-interess ta’ Juventus f’Ousmane Dembélé jidher li għadu ħaj iktar minn qatt qabel. Skont SportMole Barcellona niżlu ftit mill-prezz li qed jitolbu għalih. Issa jidher li l-Ispanjoli lesti jbigħuh għal 50 miljun Ewro. Fis-sajf 2021 Juventus x’aktarx se jagħmlu tentattiv biex jixtruh.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tar-4 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Napoli-Atalanta: Di Bello

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Sampdoria-Lazio: Orsato

Inter-Milan: Mariani

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Crotone-Juventus: Fourneau

Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 12.30 p.m.

Bologna-Sassuolo: Doveri

Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Spezia-Fiorentina: Manganiello

Torino-Cagliari: La Penna

Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Udinese-Parma: Fabbri

Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Roma-Benevento: Ayroldi

It-Tnejn 19 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Verona-Genoa: Rapuano

Matthew Scerri

Il-Ministru: “Nemmen li Ronaldo kiser il-protokoll”

F’intervent waqt il-programm Il Mix delle Cinque imxandar fuq Radio 1 il-Ministru tal-Isports, Spadafora sostna li jemmen li Ronaldo kiser il-protokoll. Fi kliemu la darba ma kienx hemm il-permessi mill-awtoritajiet, Ronaldo jista’ jitqies li kiser il-protokoll.

Infakkru li Ronaldo u xi plejers oħra Juventini ma baqgħux fl-iżolament ‘fiduciario’ peress li riedu jmorru jilagħbu għat-tim nazzjonali tagħhom. Il-problema tibqa’ li hemm protokolli differenti f’diversi oqsma, f’diversi pajjiżi u saħansitra l-Uefa għandha protokolli differenti minn dawk tal-FIGC.

Matthew Scerri

Anniversarju: 15/10/2005 Chiellini jiddebutta ma’ Juventus

Illum qed niċċelebraw il-ħmistax-il anniversarju mid-debutt ta’ Giorgio Chiellini bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Messina. Għaddew ħmistax-il sena u Chiellini daħal fil-klassifika tal-għaxra li l-aktar lagħbu ma’ Juventus.

Plejers ta’ Parma pożittivi għall-Covid-19

Fit-tim ta’ Parma nstabu erba’ plejers pożittivi għall-Covid-19. Wieħed minnhom għandu s-sintomi, filwaqt li l-oħrajn mhuma qed iħossu xejn. Kulma jmur il-każijiet ta’ Covid fis-Serie A qed jiżdiedu.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Ottubru 2020.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-15 ta’ Ottubru 1972 f’partita tas-Serie A bejn Juventus u Lazio. Dakinhar Chinaglia u Bettega sabu x-xibka għal skor finali ta’ 1-1.

Telfa walkover u punt imnaqqas għal Napoli

Napoli ngħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika tas-Serie A. L-Imħallef tal-Isports, wara li fela d-dokumenti kollha mressqa lilu b’rabta ma’ Juventus-Napoli, wasal għal din id-deciżjoni. Skont l-Imħallef id-dokumenti ma jippruvawx li kien hemm “kawża ta’ forza maġġuri” li ma ppermettiex lil Napoli jmorru Turin għall-partita. Ġie nnutat ukoll li d-dokumenti tal-ASL u l-awtoritajiet lokali l-oħra taw istruzzjonijiet li ma kinux imorru kontra l-Protokoll tal-FIGC. Barra minn hekk l-ASL ordnat għall-ewwel li jitpoġġew f’iżolament il-kuntatti “stretti” tal-plejers pożittivi u wara talba mingħand Napoli stess, l-ASL iċċarat dakinhar tal-partita stess is-sens tarl-istruzzjonijiet li tat. Dawn l-istruzzjonijiet, fl-interpretazzjoni tal-Imħallef, ma jistgħux jinqraw bħala ordni biex Napoli ma jmorrux Turin. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan kollu, Napoli ngħataw telfa walkover u se jitilfu punt fil-klassifika.

Matthew Scerri

Ronaldo wasal Turin

Cristiano Ronaldo wasal lura Turin b’titjira privata fqu ajruplan apposta armat b’apparat mediku. Hu twassal fl-ajruport ta’ Lisbona permezz ta’ ambulanza u mal-wasla tiegħu f’Turin sab ambulanza oħra tistennieh u li ħaditu sad-dar privata tiegħu. Interessanti li fil-Portugall il-kwarantina stabbilita bil-liġi hi ta’ 14-il jum, filwaqt li l-Gvern Taljan niżżilha għal 10 ijiem. Ovvjament qabel ma jirriżulta negattiv, Ronaldo mhux se jkun jista’ joħroġ.

Matthew Scerri

McKennie pożittiv għall-Covid-19!

Weston McKennie nstab pożittiv għall-Covid-19. Bħal Ronaldo hu m’għandux sintomi u jidher li jinsab tajjeb. Kif jitlob il-protokoll, Juventus mill-ewwel iżolaw lit-tim fl-hekk imsejjaħ ‘isolamento fiduciario’.

Matthew Scerri