Injury muskolari ieħor għal Chiellini
Giorgio Chiellini se jkollu jitlef il-partita Lazio-Juventus minħabba injury muskolari ieħor. Il-paġna Facebook, Around Turin ikkalkulat li mit-20 ta’ Awwissu 2019 sal-lum Chiellini qatta’ 230 kjum barra b’injury u tilef iktar minn ħamsin partita ta’ Juventus.
Matthew Scerri
Immobile, Leiva u Strakosha se jitilfu Lazio-Juventus
Immobile, Leiva u Strakosha mhux se jilagħbu għal Lazio fil-partita kontra Juventus. It-tlieta li huma kienu fl-aħbarijiet wara li l-Ġimgħa filgħaxija kienu pożittivi għall-Covid-19 f’test li sarilhom fi klinika Rumana, filwaqt li rriżultat negattivi fl-istess ġurnata f’test ieħor li sarilhom minn laboratrju ta’ Avellino. Ilbieraħ huma kien f’Formello mal-bqija ta’ sħabhom u wara xi ħin kellhom jitilqu minħabba li l-ASL ta’ Ruma ordnat li jitpoġġew taħt kwarantina.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Novembru)
Fit-8 ta’ Novembru 1953 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Bologna fil-kampjonat tas-Serie A. It-tim Juventin kiseb rebħa ta’ 0-1, gowl ta’ Praest.
Dragusin mgħajjat minflok Chiellini
L-injury ta’ Chiellini wassal biex Andrea Pirlo sejjaħ għall-ewwel darba lid-difensur ta’ Juventus Under 23, Radu Dragusin. Il-ġgant Rumen ta’ 18-il sena jaf jiddebutta ma’ Juventus kontra Lazio.
Matthew Scerri
Ansu Fati se jitlef Barcellona-Juventus minħabba injury
Ansu Fati sofra injury f’irkoptu li se jżommu barra mill-azzjoni għal madwar xahar u nofs. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef il-partita kontra Juventus fil-gruppi taċ-Champions League.
Matthew Scerri
Pogba jista’ jitlaq lil Manchester United f’Jannar
Il-gazzetta Daily Telegraph mhix teskludi li Manchester United ibigħu lil Paul Pogba f’Jannar. Fil-fatt fil-pjanijiet tar-Red Devils hemm li jbigħu lil Pogba fis-sajf li ġej sabiex jevitaw ir-riskju li jitilfuh b’xejn fis-sajf ta’ wara. Madankollu dawn il-pjanijiet jistgħu jinbidlu jekk f’Jannar taslilhom offerta tajba. Bħal dejjem Juventus, Real Madrid u PSG huma t-timijiet li l-aktar qed jissemmew għall-futur ta’ Pogba.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Novembru 2020.








