L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Ottubru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Ottubru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Ottubru 2020.




Giorgio Chiellini jinsab dubjuż għall-partita li l-Italja se tilgħab kontra l-Polonja. Jidher li hu qala’ daqqa fl-irkoppa. Xejn gravi tant li Mancini stqarr li għadu qed jittama li jkun jista’ jilgħabu.
Matthew Scerri
Il-gowler Anthony Lopes hu l-uniku plejer tat-tim nazzjonali Portugiż li ttestja pożittiv għall-Covid u mill-ewwel ġie iżolat mill-bqija ta’ sħabu. Il-plejers l-oħra, fosthom anki Ronaldo, se jibqa’ jsirilhom swab tests regolari sabiex ikun aċċertat li ħadd iktar ma ġie infettat.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Ottubru 2020




Il-partita Iżlanda-Italja U/21 kellha tiġi posposta minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Iżlanda poġġew fi kwarantina lill-plejers u lill-istaff tat-tim nazzjonali Taljan. Fil-fatt erba’ plejers u membru tal-istaff tat-tim nazzjonali Taljan instabu pożittivi għall-Covid-19. Wara ftehim li ntlaħaq matul il-ġurnata, l-awtoritajiet ħallew lill-plejers mhux pożittivi jmorru lura l-Italja, filwaqt li l-plejers bil-Covid-19 għalissa baqgħu l-Iżlanda.
Matthew Scerri
El diario de noticias Madeira ta l-aħbar li xi ħallelin daħlu fid-dar ta’ Cristiano Ronaldo f’Dona Amelia, Funchal. Jidher li l-ħalliel jew ħallelin daħlu fil-villa minn garage. Insterqu xi oġġetti, fosthom flokk ta’ Juventus iffirmat li għandu valur ta’ madwar 200 Euro.
Matthew Scerri
Għall-ewwel darba fl-istorja partita tal-futbol twaqqfet minħabba l-virus tal-Covid-19. St George’s Park l-Ingilterra kienet qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Skoċċiż ta’ taħt id-19-il sena. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-Ingilterra kienet qed tirbaħ 3-1. Fl-intervall bejn l-ewwel u t-tieni taqsima, sar magħruf li l-kowċ tal-Iskozja, Billy Stark irriżulta pożittiv għall-Covid. Ir-referee, bi qbil mal-FAs konċernati, iddeċieda li jwaqqaf il-partita biex ikun evitat kull riskju żejjed li jiġu infettati persuni oħra involuti f’dil-partita.
Matthew Scerri
Paulo Dybala dal-lejl kellu jitlef il-partita tal-Arġentina kontra l-Ekwador. Hu kellu problemi b’rabta ma’ gastrite ħafifa li tatu fil-ġurnata tal-partita. Xejn gravi, imma kellu jitlef dil-partita.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Ottubru 2020




Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-5 sas-16-il Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:
5 Ġurnata: Juventus-Verona (Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.)
6 Ġurnata: Spezia-Juventus (Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
7 Ġurnata: Lazio-Juventus (Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.)
8 Ġurnata: Juventus-Cagliari (Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.)
9 Ġurnata: Benevento-Juventus (Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.)
10 Ġurnata: Juventus-Torino (Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.)
11-il Ġurnata: Genoa-Juventus (Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.)
12-il Ġurnata: Juventus-Atalanta (L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m.)
13-il Ġurnata: Parma-Juventus (Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.)
14-il Ġurnata: Juventus-Fiorentina (It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.)
15-il Ġurnata: Juventus-Udinese (Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)
16-il Ġurnata: Milan-Juventus (L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.)
Matthew Scerri