Ronaldo lura għat-training

Cristiano Ronaldo llum ittrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż.Hu jinsab ferm aħjar wara li kellu problema f’infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. Ronaldo se jkun qed jivvjaġġa mat-tim nazzjonali lejn l-Iżvezja fejn se jilagħbu nhar it-Tlieta.

Matthew Scerri

Kumbulla. Juventus għadhom biċ-ċans li jixtruh

Marash Kumbulla għadu fis-suq hekk kif Inter iridu qabelxejn ibigħu biex ikunu jistgħu jixtru (kliem Ausilio stess), filwaqt li Lazio offrew biss 16-il miljun Ewro flimkien ma’ André Anderson. L-offerta ta’ Lazio mhix togħġob lil Verona. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus jista’ jkollhom mill-ġdid iċ-ċans li jiksbu lil Kumbulla. Nafu li Juventus iridu full-back mal-linja l-leminija imma l-ewwel jeħtiġilhom ibigħu lil De Sciglio u/jew Pellegrini.

Matthew Scerri

Għada Suarez mistenni jitlob il-passaport Taljan

Il-programm Polideportivo, li jixxandar fl-Urugwaj, ta l-aħbar li għada Suarez se jmur fil-Konsolat Taljan f’Barcellona sabiex jitlob il-passaport Taljan. Se jsirlu eżami żgħir kif normalment isir f’dal-każijiet. Wara li jikseb il-passaport, probabbli li jkollna indikazzjonijiet meta t-trasferiment se jkun jista’ jseħħ realment.

Matthew Scerri

Filmat: Juventus Women-San Marino 2-0

Filmat: Ronaldo mitlub jilbes il-maskra

Filmat: L-isbaħ gowls ta’ Suarez

Khedira ma jridx jaf

Sami Khedira qed ikompli jwebbes rasu u ma jridx jaf li jaċċetta ftehim ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt. Attwalment hu m’għandux offerti mingħand klabbs oħra u allura qed jibża’ li se jkollu jibqa’ wieqaf jew inkella ma jkunx iktar f’tim ta’ livell għoli. Jidher ukoll li Khedira jinsab konvint li jista’ jirbaħ il-fiduċja ta’ Pirlo. Il-problema tibqa’ dejjem l-ammont ta’ injuries li Khedira jkollu kull sena u li jħalluh barra mill-azzjoni għal parti kbira mill-istaġun.

Matthew Scerri

Douglas Costa b’messaġġ fuq Instagram

“Hard work.” Hekk kiteb Douglas Costa fuq Instagram. Jidher li hu jinsab motivat ferm li jkollu staġun tajjeb ma’ Juventus. Minn dak li nafu hu rkupra mill-injury li kellu u bħalissa jinsab lest biex jirbaħ post mal-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Sampdoria.

View this post on Instagram

Hard work

A post shared by DC11 (@douglascosta) on

Suarez-Juventus. Kollox miftiehem!

 Fi Spanja qed jagħtu bħala ċert it-trasferiment ta’ Luis Suarez ma’ Juventus. Skont Marca l-ġimgħa d-dieħla se tkun il-waħda deċiżiva biex iseħħ dat-trasferiment. Il-Mundo Deportivo, imbagħad, qed tagħti d-dettalji tal-ftehim: kuntratt ta’ 3 snin b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Barcellona se jingħataw somma żgħira flimkien ma’ bonuses (ftehim simili għat-trasferiment ta’ Rakitic ma’ Sevilla). L-avukati ta’ Suarez jinsabu għaddejjin bit-taħdidiet ma’ Barcellona u, kif għidna, f’temp ta’ ftit jiem jaf ikollna l-aħbar li ilna tant nistennew.

Matthew Scerri

Brescia interessati f’Frabotta

Brescia kkuntattjaw lil Juventus u talbuhom lil Gianluca Frabotta skont Tuttosport. Juventus. Min-naħa tagħhom lesti jikkunsidraw offerti għal self, biss mhumiex disposti jbigħuh peress li jemmnu fih u ma jridux jitilquh minn idejhom.

Matthew Scerri