L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Settembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Settembru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Settembru 2020.
It-trasferiment ta’ Mattia De Sciglio ma’ Roma bħalissa jinsab wieqaf. Juventus u Roma kienu mexjin sew fit-taħdidiet tagħhom. Madankollu kollox kellu jieqaf minħabba li Karsdorp għadu ma jridx jaf li jaċċetta li jingħaqad ma’ Genoa. Fil-fatt Roma se jieħdu lil De Sciglio biss bil-kundizzjoni li Karsdorp jitlaqhom. Roma se jkomplu jippruvaw jikkonvinċu lil Karsdorp u jekk jirnexxilhom, suppost m’għandhom ikollhom diffikultà jsibu ftehim ma’ Juventus għal De Sciglio.
Matthew Scerri
Arek Milik illum ma ttrenjax ma’ Napoli. L-aġent tiegħu, David Pantak, jinsab fil-belt kapitali għal laqgħa ma’ Roma. Il-ftehim jidher fil-qrib ħafna. Milik se jkun qed jingħata paga ta’ 5 miljun, filwaqt li Napoli se jdaħħlu komplessivament 25 miljun (3 miljuni għas-self, bl-obbligu li Roma jixtruh għal 15-il miljun, flimkien ma’ 7 miljuni oħra f’bonuses).
Matthew Scerri
Is-sensiela ta’ attakkanti msemmija ma’ Juventus issa għandha isem ġdid: Stephan El Shaarawy. Ħafna qed ibassru li hu wasal biex jitlaq mill-kampjonat Ċiniż biex jirritorna fis-Serie A. Juventus qed ikunu indikatai bħala l-favoriti li jiksbuh, għalkemm mhuwiex eskluż lanqas ritorn ma’ Milan jew Roma.
Matthew Scerri
Dak kollu li qed jiġri f’dawn is-sigħat hu tassew inkredibbli. Juventus jidhru li ddeċidew li ma jiffirmawx lil Suarez minħabba li l-passaport tiegħu se jdum ma jinħareġ. It-trasferiment ta’ Dzeko mill-banda l-oħra jinsab imwaqqaf peress li Milik għandu ma jridx jaċċetta li jingħaqad ma’ Roma. Nafu li Roma mhux se jitilqu minn idejhom lil Dzeko qabel Milik ikun iffirma magħhom. Skont Sky f’dan l-istadju l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċara: jekk bejn illum u għada ma jkunx hemm żviluppi, allura se jmorru għal Giroud.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Settembru 2020.
Nhar is-16 ta’ Settembru 1992 Juventus lagħbu kontra Anorthosis Famagosta fit-Tazza Uefa. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 6-1 għall-Bianconeri. Dakinhar Moreno Torricelli u Antonio Conte kienu skurjaw l-ewwel gowl tagħhom bil-flokk ta’ Juventus.
Sami Khedira mill-bieraħ reġa’ beda jittrenja mal-kumplament tat-tim. Hu qatta’ parti mis-sessjoni ta’ taħriġ mal-bqija tal-plejers Bianconeri. Intant il-klabb għadu għaddej bit-taħdidiet miegħu biex jinstab ftehim ħalli jiġi tterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira qed ikompli jwebbes rasu u jrid il-paga kollha ta’ dis-sena (jiġifieri sitt miljuni) biex jaċċetta l-ftehim.
Matthew Scerri
B’kollox hemm erba’ klabbs tas-Serie A li jridu lil Marko Pjaca magħhom f’dan l-istaġun: Genoa, Verona, Parma u Crotone. Skont Calciomercato.com Genoa huma probabbilment il-favoriti nett li jieħdu lil Pjaca peress li għandhom rapporti tajbin ferm ma’ Juventus u spiss il-klabbs jbigħu jew jisilfu plejers lil xulxin.
Matthew Scerri
Minn Spanja ma tantx qed jaslu aħbarijiet sbieħ. Fil-fatt jidher li l-passaport ta’ Suarez se jdum ma jinħareġ, probabbli wara l-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Hu veru li jekk Suarez ixolji l-kuntratt ma’ Barcellona hu jkun jista’ jiffirma ma’ Juventus wara l-5 ta’ Ottubru, però probabbli dan ikun ifisser li sa Jannar hu ma jkunx jista’ jilgħab fl-Ewropa. Fid-dawl ta’ dan kollu jidher li Juventus qed jikkunsidraw serjament li jieħdu lil Dzeko minflok Suarez. Fil-jiem li ġejjin suppost ikollna idea aħjar dwar dak kollu li se jiġri.
Matthew Scerri