Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Novara

Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Arthur, Rabiot, Alex Sandro; Kulusevsky, Ronaldo.
Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Pinsoglio, De Sciglio, Rugani, Pellegrini, Danilo, McKennie, Douglas Costa, Pjaca.

Novara (4-3-2-1): 
Lanni; Pagani, Bellich, Bove, Cagnano; Nardi, Collodel, Schiavi; Cisco, Panico; Gonzalez.
Fuq il-bank tas-sostituti: Marricchi, Spada, Hrkac, Rusconi, N. Tordini, M. Tordini, Spitale, Lorenzi, Pinotti, Zunno, Bortolussi, Bianchi, Buzzegoli.

Sors: Tuttojuve.com

Proposta oħra minn Juventus biex is-supporters jidħlu fl-Allianz Stadium nhar il-Ħadd

Juventus ressqu proposta oħra lill-Gvernatur tar-reġjun tal-Piemonte biex is-supporters ikunu jistgħu jidħlu fil-Allianz Stadium għal Juventus-Sampdoria. Il-pjan hu li jidħlu biss 1000 persuna. Jidher li fl-aħħar Avviż Legali li ħareġ il-Gvern Taljan hemm miktub li hu possibbli li jsiru avvenimenti sa massimu ta’ 1000 persuna. Jidher imma li dawn l-avvenimenti għandhom ikunu ta’ darba u mhux regolari. Fi kliem ieħor ma tantx hemm ċans li l-proposta ta’ Juventus tintlaqa’.

Matthew Scerri

Rapporti li Juventus tkixxfu dwar Depay u Alonso

Il-media internazzjonali qed tagħti l-aħbar li Juventus tkixxfu dwar Memphis Depay (O.Lyon) u Marcos Alonso (Chelsea). Depay għandu kuntratt li jiskadi s-sena d-dieħla u allura jaf il-prezz tiegħu jkun baxx. Alonso, mill-banda l-oħra, hu plejer li Chelsea jridu jbigħu. Fl-Ingitlerra qed jingħad li Juventus lesti jiksbuh b’self bid-dritt jew l-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Illum Juventus-Novara

Dalgħodu fl-10.30 Juventus se jilagħbu l-ewwel vera partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun. L-avversarji se jkunu Novara u din hi meqjusa bħala l-provi ġenerali qabel il-bidu tal-kampjonat sebat ijiem oħra. Mil-lum se nibdew naraw fl-azzjoni l-Juventus ta’ Pirlo u se jkollna indikazzjoni dwar is-sistema ta’ logħob li se jużaw. Ovvjament mhix se tkun il-proprja Juventus dik li se naraw illum peress li hemm xi plejers barra b’injuries, oħrajn li mhux se jiġu riskjati għalxejn wara l-impenji tat-timijiet nazzjonali, kif ukoll għad hemm plejers li jridu jinxtraw. Insomma, se naraw il-Juventus, imma ma rridux ninsew li bħalissa kollox hu work in progress.

Matthew Scerri

Sinjali dwar Suarez u Dzeko

Il-partiti ta’ ħbiberija tal-lum jagħtuna indikazzjonijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti. Minn banda kellna lil Suarez li ma ġiex mgħajjat minn Barcellona għall-partita kontra Tarragona. Dan qed jinqara bħala sinjal li hu imminenti t-tluq tiegħu mit-tim ta’ Barcellona. Dzeko, mill-banda l-oħra, beda mill-ewwel minuta kontra Cagliari u allura nifhmu li Roma bħalissa ma jridux jitilquh minn idejhom.

Matthew Scerri

Manchester United interessati sew f’Douglas Costa

Il-gazzetta Daily Star temmen li Manchester United jinsabu lesti li jixtru lil Douglas Costa. Fil-fatt ir-Red Devils mhux se jixtru lil Jadon Sancho peress li jiswa wisq. Minflok qed juru interess qawwi f’Costa. Probabbli li l-United se jistennew sal-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti bit-tama li jiksbu prezz aħjar.

Matthew Scerri

Dzeko għadu b’ċans tajjeb li jingħaqad ma’ Juventus

Illum xi gazzetti u siti tal-calciomercato qed jirrapurtaw li Dzeko jinsab mill-ġdid b’ċans tajjeb li jingħaqad ma’ Juventus. Fil-fatt il-Bianconeri qed jibżgħu li l-passaport ta’ Suarez idum ma joħroġ u allura ma jridux jibqgħu b’xiber imnieħer. Probabbli li Juventus se jistennew ftit jiem oħra biex jaraw ikunx hemm żviluppi dwar il-passaport ta’ Suarez. Jekk l-aħbarijiet ma jkunux pożittivi, allura mhux ta’ min jeskludi li Juventus jixtru lil Dzeko minfloku.

Matthew Scerri

Milik jisfida lil Napoli

Milik jinsab urtat immens għall-mod kif qed jittrattawh Napoli. Fl-aħħar sigħat hu lanqas biss ġie msejjaħ għall-partita ta’ ħbiberija ta’ Napoli kontra Pescara. Skont Sky Milik għarraf lil Napoli li hu mhux se jitlaqhom dan l-istaġun. Din hi mossa min-naħa tiegħu biex juri lil Napoli li mhux se jkompli jiġi ttrattat ħażin. Infakkru li Milik għandu kuntratt ma’ Napoli li jiskadi s-sena d-dieħla u għaldaqstant il-fatt li jrid jibqa’ magħhom dis-sena, ifisser li probabbli Napoli se jitilfuh b’xejn s-sajf li ġej. Il-messaġġ ta’ sfida ta’ Milik hu ċar: jew ikun ikkuntentat das-sajf billi jitħalla jmur ma’ min irid jew inkella jitlaq b’xejn fis-sajf 2021.

Matthew Scerri

Anniversarju: 12/9/1993 Del Piero ddebutta ma’ Juventus

12 ta’ Settembru 1993. Data importanti ferm fl-istorja ta’ Juventus. Dakinhar fil-fatt iddebutta ma’ Juventus ħadd ħlief Alessandro Del Piero. Minn dakinhar hu lagħab għal 19-il sena ma’ Juventus u kiser elf record. Fost l-oħrajn hu dak li lagħab l-aktar ma’ Juventus (705 partita) u l-aktar li skorja (289 gowls).

Parma interessati f’żewġ plejers ta’ Juventus

Ilbieraħ uffiċċjali ta’ Parma kellhom laqgħa ma’ Paratici. Skont Sky Parma jinsabu interessati li jiksbu lil Felix Correia u lil Nicolussi Caviglia. S’issa mhuwiex magħruf jekk Parma jridux jixtruhom jew inkella talbuhomx b’self. Barra minn hekk jidher li Parma tkixxfu ftit dwar is-sitwazzjonijiet ta’ Marko Pjaca u Luca Pellegrini. Hawn tajjeb ngħidu li Parma talbu biss xi informazzjonijiet mingħajr ma fetħu negozjati għalihom.

Matthew Scerri