RITORN GHAL REBHA

Fl-ahhar waslu t-tlett punti kontra Genoa li tant konna ilna nistennew u li tant kellna bzonn.

Biex nkun onest l-ewwel taqsima ta’ din il-partita nkwetatni mhux ftit ghaliex ma’ konna xejn tajjeb fejn prattikament ma’ tajniex xutt gol-lasta u rajna tim bla ideat u sistema, flimkien ma’ certu ghazliet ta’ Thiago Motta diskutibbli. Kellna debut ta’ zaghazugh Rouhi li deher pjuttost timidu u barra mil-loghba xi haga forsi naturali f’debutt fis-Serie A. Fl-opinjoni tieghi morna minn estrem ghal iehor fejn fil-passat biex jiddebutta zaghzugh kienet hafna difficli, bil-kontra Motta li ma’ jahsibiex darbtejn .

Il-formazzjoni li beda biha tqajjem hafna domandi, ghaliex f’daqqa strahu Locatelli, Cambiaso u ghaliex Cabal mhux mal-ewwel hdax? Ghazliet li kienu riskjuzi hafna, izda illum xtaqt nitkellem ukoll fuq ir-referee tal-partita xi haga li ftit naghmel fl-artikli tieghi. Inkredibbli l-gudizzju kif jinbidel dejjem kontra taghna fejn daqqiet gol-qazba tas-sieq ma’ jigri xejn u penalty favurina fuq Mckennie sahansitra sar fawl bil-kontra!

Izda nigi ghat-tieni parti tal-loghba fejn wasal il-penalty kmieni u fortunatament Vlahovic skurjah biex minn hemm Genova ma’ baqawx maghluqin u wasal it-tieni gowl u doppietta ghal Dusan minn passagg meraviljuz ta’ Koopmeiners. Naturalment Douglas Luiz u Conceicao u Thuram gabu aktar freskezza u kwalita fil-loghob u ghamlet differenza bil-portugiz li skorja l-ewwel gowl tieghu ghal Juventus; player li tant ifakkarni fi player iehor portugiz li kellna fil passat Rui Barros, qasir u hafif immens, dawk ta’ l-eta tieghi zgur jiftakruh.

Gejja partita ewropeja ohra kontra Leipzig partita mhux facli izda minn hawn nistghu nergaw nibdew serje pozittiva u nsibu aktar konvinzjoni u stabilita fil-loghob taghna. Sadanittant

FORZA JUVE DEJJEM

IT-TIELET DRO

Kontra Napoli wasal it-tielet dro infila f’dan il-bidu tal-kampjonat, mhux ghax tigi dro ma’ Napoli huwa xi skandlu anzi fl-opinjoni tieghi qieghed nara lit-tim jidra dejjem aktar is-sistema u players li aktar qed jaqblu bejnietom.

Personalment u nahseb li mhux wahdi, li qeghda tinkwetani serjament hija l-problema fl-attakk li flok qed tissolva qeghda tigrava aktar sfortunatament b’wirja ohra negativa ta’ Dusan Vlahovic li filfatt gie mibdul fil-mistrieh u Timothy Weah ghamel xoghol aktar milli ghamel Vlahovic fil-loghbiet kollha sa issa.

Izda nigi ghal partita, kif stennejt kellna bidu pjuttost kwiet u dan bla dubju ghaliex f’saqajna kellna 90 minuta ta’ kontra PSV Eindhoven filwaqt li Napoli preparaw ghal din il-partita tul il-gimgha kollha. Ftit kellna okkazjonijiet jew konna perikoluzi fl-ewwel taqsima.

Wara l-mistrieh u fit-tieni parti tal-loghba kellna aktar pussess u konna aktar offensivi fejn nirrepeti li Weah kien hafna aktar effettiv u beda jtella lit-tim u jghin hafna lil midfield ihabbtu l-ballun mieghu u biex nkun aktar car, ghamel dak li kien jaghmel Zirzkee ma’ Bologna fl-istagun li ghadda xi haga li Vlahovic zgur mhux jaghmel.

Zgur li innutajtu li dahlet mentalita fil-players differenti mil-passat ezempju bdejna nhaffu anka meta jkollna throw in u dejjem ndawru l-ballun u nippruvaw nippenetraw flok it-tqassim lura u hela ta’ hin li konna naraw fil-passat.

Forsi tghidu imma fl-ewropa skurjajna 3, ejja ma’ nhalltux l-ewropa mal-kampjonat taljan ghaliex PSV gew bhal timijiet ohra jilghabu l-loghba u jhallulek spazju filwaqt li rajtu Napoli kif bdew jaghlqu b’5 players u jirduppjaw mal-linji ghalhekk dejjem nghid li fl-italja difficli tiskorja minn gol-kaxxa z-zghira ghaliex spazju ftit ihallulek.

Nharsu l-quddiem dejjem b’fiducja u pozittivita, konvint li ser nikbru, bilmod iva imma ser naraw tajjeb zgur izda dejjem inzommu f’mohhna li t-tim ghadu qed jinbena voldiri hadd ma’ jippretendi mirakli mill-illum ghal ghada.

FORZA JUVE DEJJEM