Rabiot mhux sejjer l-Amerka

Ħarġet il-lista tal-plejers Juventini li sejrin l-Amerka ghat-training camp u l-partiti ta’ ħbiberija li Juventus se jilagħbu hemmhekk. Apparti Bonucci u l-bqija tal-plejers ‘fuori rosa’, l-uniku assenti se jkun Rabiot li sofra injury muskolari.

Il-plejers kollha mgħajta huma:

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Kean

Wara għaxart ijiem mill-bidu tal-preseason wasal l-ewwel injury muskolari tal-istaġun. Moise Kean illum kellu jieqaf mit-taħriġ wara li ħass fastidju muskolari. Hu maħsub li hu mhux se jkun jista’ jmur ma’ sħabu l-Amerika.

Matthew Scerri

Arthur lejn trasferiment ma’ Fiorentina

Il-Brażiljan Arthur jinsab tassew qrib li jingħaqad b’self ma’ Fiorentina. Illum l-aġent tiegħu, Pastorello kien fil-Continassa biex jitkellem mal-uffiċċjali ta’ Juventus. Arthurisyenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus bil-għan li l-investiment li kien sar għalih jinqasam fuq iktar snin. Wara li jiffirma l-kuntratt il-ġdid, Arthur jiġi misluf lil Fiorentina għal sena, liema self ikun imħallas 3 miljuni mit-tim ta’ Fiorentina. Huma se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal somma bejn 16 u 20 miljun Ewro. Fiorentina se jħallsu parti mill-paga ta’ Arthur (3 miljuni mħallsa minnhom u Juventus jagħtuh il-bqija).

Matthew Scerri

McKennie m’għadux ‘fuori rosa’

Weston McKennie qed jitħalla jittrenja mal-bqija tat-tim u għaldaqstant m’għadux ‘fuori rosa’. Tant hu hekk li hu mistenni jmur l-Amerka mat-tim Juventin. Ovvjament hu jibqa’ wieħed minn dawk il-plejers li Juventus iridu jbigħu, biss għalissa se jitħalla jifforma parti mit-tim sakemm tasal l-offerta t-tajba għalih. Ta’ min jgħid ukoll li ladarba Pogba għadu mhux lest għal-logħob, Allegri se jkun jeħtieġ plejer ieħor f’nofs il-grawnd. Barra minn hekk ma tantx kien jagħmel sens li Juventus imorru jilagħbu l-Amerka mingħajr McKennie li hu popolarissimu f’pajjiżu.

Matthew Scerri

Giuntoli: “Irridu nsibu bilanċ bejn sostenibbiltà u kompetittività”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Cristiano Giuntoli ġie mistoqsi ħafna dwar l-istrateġiji ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti. Skontu jrid jinstab bilanċ bejn il-kompettittivita’ tat-tim u s-sostenibbilta’ finanzjarja tal-operat tat-tim. Saħaq li għalissa Juventus m’huma se jixtru lil ħadd peress li jemmnu li għandhom tim kompetittiv. L-attenzjoni tinsab biss fuq il-bejgħ ta’ plejers ladarba hemm wisq plejers fi ħdan it-tim. F’das-sens ikkonferma li hemm offerti minn klabbs oħra għal Zakaria, Arthur u Bonucci, b’dan tal-aħħar pero’ mhux interessat l-offerti li waslulu. Tenna li se jkun diffiċli fil-bidu li t-tim jitmexxa b’mod għaqli mil-lat finanzjarju, biss fil-futur għad ikun hemm frott kbir grazzi għal dil-ħidma u s-sagrifiċċji li qed isiru issa.

Sarulu tliet domandi dwar Lukaku u r-risposta li ta Giuntoli kienet li bħalissa hu u Manna qed jitkellmu ma’ klabbs oħra biex jiksbu informazzjoni dwar xi plejers mingħajr ma fetħu negozjati ma’ ħadd. Fl-istess waqt Giuntoli saħaq li Juventus jemmnu ħafna f’Vlahovic u Chiesa tant li ma jridux ibigħuhom. Madankollu jekk tasal offerta fenomenali, Juventus lesti jikkunsidraha peress li l-accounts tal-klabb jirrikjedu dħul biex jagħmel tajjeb għat-telf li kien hemm u li jista’ jkun hemm, speċjalment jekk Juventus ma jiħdux sehem fil-Conference League.

Fl-aħħar nett kumment dwar Allegri. Giuntoli faħħru għax-xogħol tas-sena li għaddiet minkejja d-diffikultajiet kbar li kien hemm. Żvela li Allegri ma talbu ebda akkwist, anzi hu jemmen ħafna fil-potenzjal tat-tim li għandu Giuntoli temm jgħid li qed jaħdem bejn ipoġġi lil Allegri fl-aħħar kundizzjonijiet biex jaħdem b’tim magħmul minn talent żagħżugħ u plejers esperti li jaħdmu id f’id flimkien ħalli Juventus jiksbu l-aqwa riżultati.

Matthew Scerri

Ufficjali: Ranocchia misluf lil Empoli

Tħabbar b’mod uffiċjali li Juventus silfu lil Filippo Ranocchia lil Empoli għal perjodu ta’ sena. Empoli se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla, b’Juventus ikollhom ukoll id-dritt tar-recompra fuqu wkoll.

Matthew Scerri