Dro Sfortunat

Dan id-dro mil-partita kontra Roma ghalkemm punt importanti xorta lili personali hallili toghma ftit qarsa ghaliex il-mod kif laghbna u morna anka fil-vantagg stajna hadna t-tlett punti u ma’ konna nisirqu assolutament xejn.

Nahseb fl-ewwel taqsima konna superjuri aktar minn Roma u prattikament konna fil-kontroll tal-loghba, x’differenza ta’ loghba u x’differenza ta’ mentalita fil-players! Kulhadd f’postu, kulhadd jikkopera u jaf x’ghandu jaghmel, nibki z-zmien u l-hin li tlifna u konvint li kieku qeghdin aktar il-fuq fil-klassifika.

Hasra li wiehed mid-difetti li ghad fadal huwa n-nuqqas ta’ koncentrazzjoni fis-set pieces fejn fil-gowl tad-dro tar-Roma ergajna rajna loose marking u l-uniku zball f’partita shiha ta’ Kalulu. Qed naraw passes aktar vertikali u nfittxu aktar lil attakkanti, rajna lil Nico Gonzales ghalkemm xi ftit traskurat fil-passes zgur li qieghed hafna u hafna ahjar mil-passat.

L-unika deluzjoni tal-partita fl-opinjoni tieghi kien Dusan Vlahovic illi wara partita qalbiena kontra Genoa ergajna rajnieh maqtugh mil-loghba u traskurat immens, ma’ jzommx ballun wiehed! L-iskuzi kollha ghal dan il-player spiccaw.

Konvint milli qed nara li ser inkomplu naghmlu progress ghaliex il-volonta fil-players hekk tidher u konvint li Tudor diga bidel hafna l-mentalita u nehha l-hafna apatija li kien hemm fl-ambjent Juventin.

Gejjin 3 partiti kontra Lecce, Monza, u Bologna. Mument assolutament krucjali minn ta’ l-anqas irridu mqarr 7 punti minn tlett partiti li gejjin ghaliex hemm hafna skontri diretti li jistaw jiffavuruna u ma’ naffordjawx zelqiet.

Importanti li Tudor izomm din id-determinazzjoni u koncentrazjoni fil-players, jien konvint li probabilment jirnexxilu.

Sadanittant

FORZA JUVE DEJJEM

REBHA QALBIENA

Rebha li fiha l-players taw qalbhom u ghalissa li l-players jaghtu kollox bizzejjed ghalkemm anka f’tattika rajna xi differenza li zgur fil-jiem u l-partiti li gejjin jigu perfezjonati aktar.

Kollha kemm ahna stennejna din il-partita fejn qabel konna niehdu qatgha tasal partita, kellna genn biex naraw dak li fi ftit jiem Tudor irnexxielu jitrazmetti lil players u differenza rajna. Nghid il-verita kif rajt il-formazzjoni bzajt mhux ftit ghaliex b’Nico Gonzalez fdat biex ikopri linja shiha rajta riskjuza u l-ghazla li jithalla Kalulu barra ukoll rajta stramba.

Tudor tattikament mela aktar il-midfield b’erba players u b’Koopmeiners jghin ukoll biex fil-fazi difensiva bdejna nigu ghal 3-5-2. Naturalment ma’ konniex perfetti specjalment fid-difiza izda zgur li konna izjed kompatti u izjed konvinti minn dak li rridu naghmlu. Rajna hafna u hafna aktar pressing u konna perikoluzi minn xutt ta’ Koopmeiners li gie propju minn pressing fuq id-difiza ta’ Genoa li spicca gholi. Ftit wara wasal il-gowl tal-partita li taghna 3 punti prezzjuzi permezz ta’ Yildiz li propju giet minn azzjoni ta’ kontrattakk li anka Tudor ha sehem fiha peress li ta’ l-ballun mal-ewwel biex inghata l-outball li minnu bdiet l-azzjoni tal-gowl.

Rajna lil Yildiz aktar vicin Vlahovic u aktar centrali u fl-opinjoni tieghi kien hafna ahjar. Rajna inqas tidwir bil-ballun u aktar blalen fil-kaxxa. Konvint li jonqosna x’naqdfu izda konvint ukoll li progress ser naghmlu aktar zgur b’kowc aktar partecipi waqt il-loghba fejn konna iddejjaqna naraw kowc jiccassa u jqerr mal-vici tieghu minghajr ideat! Hasra li d-decizjoni ta’ tkeccija damet wisq ma’ ttihdet u ntremew aktar partiti.

Xi haga ohra li hadt pjacir nara hija li fit-tieni taqsima bqajna nilghabu u bqajna koncentrati, fejn qabel ta’ spiss konna nohorgu qisna mejtin u naqalaw xi gowl ma’ l-ewwel sekondi. Bqajna bl-istess difett li nitilfu hafna cansijiet u ma’ naghlqux il-partita izda konvint ukoll li Tudor kapaci jirranga din is-sitwazzjoni wkoll.

Qabel naghlaq dan l-artiklu xtaqt ukoll nghid xi haga fuq il-propjeta li tant nikkritika. Din il-gimgha harget l-ahbar li EXOR voldiri il-karus tal-familja se jaghmel tajjeb ghal 15 il-miljun li ser tiswa t-tkeccija ta’ Motta izda l-kritika tieghi tibqa billi nistaqsi ghaliex il-propjeta titfa l-flus dejjem biex issewwi ghal zbalji u decizjonijiet hziena? Li kieku John Elkann ikun aktar vicin il-Juventus il-flus jigu nvestiti ahjar flok biex nghattu t-tghaffig!

Naturalment nibqaw saqajna ma’ l-art filwaqt li kif inhu mistenni fi tmien loghbiet li jonqos irridu nirbhu jekk jista jkun dejjem ghax inkella addio champions league!

FORZA JUVE DEJJEM