Bħal-lum fil-passat (12 ta’ April)
Illum qed inwasslulkom partita tal-1953 bejn Juventus u Milan mill-‘Archivio Storico dell’Istituto Luce’. Skor finali 1-2 għal Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Praest u Boniperti.
Illum qed inwasslulkom partita tal-1953 bejn Juventus u Milan mill-‘Archivio Storico dell’Istituto Luce’. Skor finali 1-2 għal Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Praest u Boniperti.
Mafja organizzata minn fuq sa isfel, cara daqs il-kristall il-bierah apparti prestazzjoni medjokri u opaka mit-tim taghna li konna f’wahda minn dawk il-granet bla sistema, bla determinazzjoni u bla hegga. Assistejna ghal skandli kbar u carezza li dhalna fi gwerra mitlufa kontra s-sistema mhux biss taljana imma ewropeja biex ma’ nghidx mondjali li ma nafx kif u meta ser nohorgu minna.
Hasra li dan l-ahhar fl-artikli ftit qed nitkellem dwar il-loghba ghax is-sitwazzjoni mhux sabiha u bhali qed taraw x’qed nsoffru. Il-bierah l-episodji tant kienu evidenti li taqta qalbek u tirrasenja ruhek ghal affarijiet terribli l-quddiem. Nerga nghid l-club taghna, kowc u players aktar jaghmluli demmi ilma meta narahom bilkemm jifthu halqom u nibqa nghid x’ma jghaddux minn fuqna!
Inkredibli l-azzjoni tal-vantagg ta’ lazio apparti li minn dik in-naha naqalaw gowls bl-amment b’Alex Sandro u Kostic li huma soft wisq fid-difiza imma li lanqas il-var ma’ jara fawl bhal dak hija mizerabli. Bl-imgieba ta’ Milinkovic Savic li mal-ewwel hares lejn ir-referee kienet prova lampanti ta’ x’ghamel!
Biex ma’ ninsewx 2 kazi ta’ penalties favurina l-ewwel fuq Rabiot u dak fuq Chiesa li kien aktar car. Naturalment fuq it-titli tal-gazzetti dalghodu bilkemm jissemmew dawn l-affarijiet anzi xejn u bl-imgieba tas-socjeta taghna aktar ser inlaqtu.
Mil-bierah sirna nafu li meta timbotta ftit m’huwiex fawl ghax hekk qal Milinkovic Savic! Imbuttajtu imma ftit!!
Izda ma’ rridx ninsa l-mizerja ta’ loghba li laghbna, xhieda ohra ta’ stagun u tim qisu bandla ftit mumenti tajbin u ohrajn tal-biza u medjokri. Determinazzjoni ta’ xejn u hadt mhu kapaci jaghti pass tajjeb jew jaqbez avversarju. Ikompli l-misteru Vlahovic, player li sirt kontra qalbi nghid inutli anzi jtellef lanqas biss izomm ballun mhux talli hekk talli jitlef il-ballun u reazzjoni ta’ xejn (mudell fil-pitch).
Sfortunatament dik hi s-sitwazzjoni! Dan hu l-istagun li igri jghaddi ha naraw x’ser jigri minna. Mil-bqija dan it-tim ma’ tistax tohodlu kopja ghax kif jghid il-Malti jew nejja jew mahruqa.
FORZA JUVE DEJJEM
Allegri mhux se jkun qed imexxi lit-tim Juventin għada fil-partita kontra Lazio. Hu għandu l-influwenza u postu se jieħdu Landucci.
Matthew Scerri
Ftit tista titkellem fuq il-partita kontra l-inter, ghaliex mhux biss bhala rivali jista jkun hemm avvenimenti partikolari jew episodji izda dawn in-nies huma kapaci jibnu arja tqila mhux biss minn qabel il-partita izda kapaci jnessu episodji gravi li jwettqu huma u jibnu storja favurihom biex bhas-soltu jxerrdu l-ghodju u l-ghira li ghandom ghal Juventus.
Nibda biex inkun car, ir-razzismu huwa kundannabli dejjem u independement jekk ghandekx karnagjon skur jew jekk intix bajdani jew jekk gej minn pajjiz maghruf b’ xi razza partikolari.
Bhalissa miskin il-vittma huwa Lukaku dak li minghalih irid inessina li kellu jitkecca kwarta qabel b’dahla kattiva fuq Gatti u jrid inessi l-provokazjoni li wettaq malli skorja l-penalty. Ha nkun car l-intenzjoni hija li jkomplu jhammgu lil Juventus biex issa barra li qed ikissruna bil-hmieg kollu li wadbulna issa jridu johorgu lis-socjeta u l-istadium bhala razzisti! Xejn aktar u xejn anqas.
Haga li ticcassani hi illi anka fostna hawn min kwazi qed jirraguna ta’ interist u jitkaza qisom dawn l-affarijiet ma’ graw mkien, tghiduli imma hekk sew ghax graw diga nkomplu ahna? Le? Assolutament! Li qed niddiskuti huwa li tippruvawx tpengu vittma lil player b’attitudni bhal ta’ Lukaku ghax vittma m’huwiex, anzi huwa u kien irresponsabli li f’dik il massa ta’ nies b’dik l-attitudni taht il-curva setgha qajjem hafna nkwiet ghar milli nqala!
Nistaqsi anka lil bosta moralisti li hawn anka fostna l-Juventini!
Meta kull fejn immorru Kostic u Vlahovic jigu mghajjra zingari fejn tkunu? Meta player ta’ karnagjon abjad bhalna jigi mghajjar bil-genituri jew sahansitra bit-tfal bhal kaz Bonucci fejn kontu? Sakemm ma’ kontux parti ukoll minn dak it-tghajjir!!! Ghaliex kunu afu li dak huwa razzismu ukoll!
Nfakkarkom ukoll ghax bhal interisti vergni hafna minna nsew il-kaz Koulibaly go san siro u nsew gurnata qabel x’sofra Stankovic go l-olimpico ta’ Ruma! Insew ukoll snin ilu il-kaz inter gewwa Valencia x’porkerijja ghamlu l-players interisti ta’ dak iz-zmien.
Bhas soltu l-aktar haga li tweggani huwa s-socjeta taghna kull ma’ qalet fi stqarrija li qed tikkopera biex taqbad minn kien li kanta kori razzisti! Naqbel mela le! Izda ma’ qalet xejn li hija ukoll vicin il-players taghna li sofrew provokazjoni tul il-partita kollha! Xejn assolut silenzju bhas soltu, x’ma jghaddux minn fuqna, x’ma’ jaqbdux maghna, x’ma’ jitfghux tajn u hmieg u pistocchi u ziliani jixxalaw anzi ntuwom prominenza f’siti Juventini stess!! Imma ma’ nistagibx ghax anka fostna rajt kummenti moralisti u ghal kemm ma’ hrignix id-dmugh ghal Lukaku!!
Fuq il-partita ma’ tkellimt xejn sfortunatament. Ftit kliem wara taqsima b’zewg timijiet ghassa ta’ xulxin wara li morna fil-vantagg armejna partita ghalkemm qabel l-handsball inutli ta’ Bremer kien hemm fawl carissimu ta’ Dumphries fuq Kostic imma dak ma’ jimpurtax ghax kontra l-Juventus allura l-var kien mitfi u hadd ma’ jghid xejn inkluz ahna.
Illum naghlaq mhux biss bil FORZA JUVE DEJJEM izda wisq aktar… VIVA L-JUVENTINI TA’ VERA